Lokali Temp

Diċembru: xahar xott u mudlam aktar mis-soltu

L-aħħar xahar tas-sena kien ikkaratterizzat minn temp pjuttost xott, u b’temperaturi iktar sħan min-norma.

Fil-fatt, matul ix-xahar ta’ Diċembru tkejlu biss 52.5 mm ta’ xita, 32.3 mm inqas min-norma klimatika. Waqt li t-temperaruti kienu aktar sħan min-norma kważi x-xahar kollu, inkluż il-Milied u l-Ewwel tas-sena.

It-temperatura medja għax xahar li għadda kienet dik ta’ 15.9°C iġifieri 1.4°C  aktar min norma klimatika. L-iktar jum sħun kien propju it-tieni jum tax-xahar bl-ogħla temperatura tlaħħaq 23.4°C, madanakollu din it-temperatura xorta ma kinetx l-ogħla temperaruta rekordjata f’Diċebru hekk kif l-ogħla temperatura li qatt intlaħqet f’Diċembru kienet dik ta’ 24.3°C fil-5 ta’ Diċembru 1963.   

Mill-banda l-oħra, l-inqas temperatura matul ix-xahar li għadda kienet ta’ 10.3°C fit-18 u 16 ta’ xahar, u minkejja li din kienet temperatura pjuttost baxxa, l-iktar jum kiesaħ f’Diċembru jibqa’ dak tal-aħħar jum ta’ Diċembru tal-2014, meta ftit qabel it-tokki ta’ nofsilejl it-temperatura niżlet għal 2.8°C. 

Intant minkejja li l-iżjed wieħed sħun, Diċembru li għadda kien aktar mudlam min-norma, b’temp imsaħħab jikkaratterizza ħafna minnu, tant li s-siegħat xemxin imkejla ammontaw għal 12.5 jiġġifieri 40.2 siegħa inqas min-norma klimatika.

It-12 ta’ Diċembru kienet l-iktar ġurnata xemxija meta tkejlu 8.7 sigħat xemxin, filwaqt li 18 ta’xahar kien l-aktar jum imdallam, hekk kif dakinhar ix-xemx baqgħet moħbija.

Matul ix-xahar ta’ Diċembru kien wkoll aktar riħ mis-soltu. Fil-fatt, il-medja tal-qawwa tar-riħ laħqet qawwa ta’ 9.9 jiġifieri 0.8 aktar min-norma.