Id-differenza bejn kemm qed jirċievu flus il-ħaddiema f’idejhom u kemm hija l-COLA, li suppost qed ittaffi d-daqqa tal-għoli tal-ħajja, possibilment qed tigrava l-problema tal-inflazzjoni tal-pagi, u b’konsegwenza ta’ hekk il-prezzijiet qed ikomplu jgħollew .
Dan intqal fi stqarrija li ħarġet l-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem, hekk kif spjegat li ilha tgħid minn qabel il-budget li l-COLA m’għandiex tiġi intaxxata, biex b’hekk tiġi ikkontrolata l-inflazzjoni – fatt li anke l-Partit Nazzjonalista ilu jisħaq dwarha dawn l-aħħar xhur.
Dan għax meta min iħaddem qed jikkumpensa l-għoli tal-ħajja, billi jagħti il-COLA, dawn il-benefiċċji mhux qed jingħataw kollha lil ħaddiema.
Skont estimi li għamlet l-MEA, madwar €40 miljun li suppost qed jieħdu il-ħaddiema qegħdin fil-fatt jittieħdu mill-Gvern f’forma ta’ taxxa ta’ dħul u Sigurta Soċjali, xi ħaġa li l-Assoċjazzjoni iddeskriviet bħala inġusta kemm għall-ħaddiema kif ukoll għal min iħaddem.
L-MEA fakret li qabel il-budget 2024, għamlu talba urgenti biex il-COLA ma tiġiex intaxxata, madanakollu din it-talba ma ġietx milquha mill-Gvern ta’ Robert Abela.
Ta’ kull Ġimgħa minn żieda ta’ €12.81 fil-ġimgħa l-ħaddiema qed ikollhom jagħtu lura minnhom €3.50 fil-ġimgħa…lil-Gvern.
L-MEA ikonkludiet li l-proposta li ma tiġix intaxxata l-COLA kienet tkun proposta ħafna iktar effettiva minn dak li s’issa għamel il-Gvern.
//= $special ?>