Il-Partit Nazzjonalista kompla jieħu aktar passi importanti sabiex isaħħaħ il-ħidma tiegħu fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż – ħidma li qed tiġġedded permezz tar-responsabbiltajiet li ingħataw mill-Kap tal-PN Bernard Grech permezz tar-reshuffle li tħabbar matul il-jum tas-Sibt.
Fi tmiem il-laqgħat individwali li kellu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech esprima l-importanza u l-ħsieb li kien hemm wara dan it-tibdil. Bernard Grech kien qed jgħaddi dawn il-kummenti meta indirizza lill-media barra d-Dar Centrali, flimkien mat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.
Ir-reshuffle li tħabbar is-Sibt huwa prassi li ssir wara li l-Gvern ikun ħabbar reshuffle tal-Ministri. Dan bl-għan li l-ħidma tal-Partit Nazzjonalista tibqa’ tissaħħaħ sabiex il-partit ikun il-Gvern alternattiv u partit effettiv – b’viżjoni ta’ eċċellenza għal pajjiżna.
Din il-bidla tirrifletti t-tibdiliet li saru fil-jiem li għaddew fil-Kabinett ta’ Abela, bil-għan li l-vuċi tal-poplu tasal bl-aħjar mod fl-ogħla istituzzjoni ta’ pajjiżna.
//= $special ?>