Lokali

AĠĠORNATA: Il-Kap tal-PN b’diskussjonijiet sabiex isir reshuffle fix-shadow cabinet

Fis-sigħat li ġejjin mistennija jitħabbru tibdiliet sostanzjali

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech għaddej b’diskussjonijiet hekk kif matul il-jum se jkun qiegħed jitħabbar reshuffle tax-shadow cabinet. Dan hekk kif hija prassi li jsir tibdil wara li l-Gvern ikun ħabbar reshuffle tal-Ministri.

Fis-sigħat li ġejjin huwa mistenni li jitħabbar tibdil sostanzjali fix-shadow cabinet tal-Oppożizzjoni bil-għan li l-ħidma tal-Partit Nazzjonalista tibqa’ tissaħħaħ sabiex il-PN ikun il-Gvern alternattiv u partit effettiv – b’viżjoni ta’ eċċellenza għal pajjiżna.

Din il-bidla hija mistennija li tirrifletti t-tibdiliet li saru fil-jiem li għaddew fil-Kabinett ta’ Abela, bil-għan li l-vuċi tal-poplu tasal bl-aħjar mod fl-ogħla istitutzzjoni ta’ pajjiżna.