Lokali Qorti

Il-Qorti tgħid li l-esperti tal-Europol għandhom jippreżentaw rapport “nieqes” fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Esperti barranin tal-Europol marbuta ma’ rapport ‘nieqes’ fil-każ kontra Yorgen Fenech iridu jixhdu u jippreżentaw id-dokument bħala evidenza, ikkonfermat il-Maġistrat Rachel Montebello. Ir-rapport kien ibbażat fuq data estratta minn ‘clone’ tal-mobile ta’ Daphne Caruana Galizia iżda jidher li dan huwa nieqes mir-rekords tal-każ kontra Fenech, li jinsab akkużat b’kompliċità fil-qtil ta’ Caruana Galizia fl-2017.

Il-Qorti semgħet li espert tal-Europol li kkumpila r-rapport ippreżenta kopja fiżika lill-Maġistrat inkwirenti f’Mejju 2018. Iżda l-avukati ta’ Fenech jgħidu li m’għandhomx kopja. Jgħidu li r-rapport jelenka xenarji differenti ta’ individwi li setgħu kellhom interess li joqtlu lil Caruana Galizia u għalhekk huwa kruċjali għad-difiża tagħhom.

Fil-Qorti aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Maġistrat Montebello warrbet l-argumenti tal-prosekuturi li l-esperti tal-Europol involuti jridu l-ewwel jiksbu l-approvazzjoni qabel ma jippreżentaw ir-rapport bħala evidenza fil-każ.

L-investigatur ewlieni s-Supretendent Keith Arnaud qal li ż-żewġ esperti “ma kinux disponibbli” għal smigħ skedat il-ġimgħa d-dieħla. Marinus Martin Van Der Meij, li ta verżjoni fiżika tar-rapport ibbażata fuq data estratta mill-mobile ikklownjat u l-cloud ta’ Caruana Galizia lill-Maġistrat ta’ dak iż-żmien Anthony Vella, illum Im]allef – kien minn uffi`jal li minn dak iż-żmien telaq mill-korp tal-pulizija Olandiża, spjega Arnaud.

Espert ieħor, Konstantinos Petrou, ma setax jagħmel dan minħabba raġunijiet personali. Barra minn hekk, l-esperti kellhom bżonn approvazzjoni mill-Europol, żied Arnaud. L-avukat difensur Charles Mercieca qal li dan mhux aċċettabbli u nnota li l-prosekuzzjoni kienet taf b’din il-provi mill-2021. Fenech, żied jgħid, l-avukat difensur qatta’ dawn l-aħħar erba’ snin ħabs, wara li ġie miċħud il-ħelsien mill-arrest tiegħu.

Dr. Mercieca sostna li minħabba li r-rapport ingħata lil Maġistrat fl-2018, diġà ġie approvat għall-użu fil-proċess ġudizzjarju u ma kien hemm l-ebda ġustifikazzjoni biex dan jittardja aktar. L-avukat difensur allega li l-familja tal-vittma dehret li kienet taf bil-kontenut tar-rapport.

Dan l-argument kien ikkontestat bil-qawwa mill-avukat tal-parte civile Therese Comodini Cachia, li saħqet li l-familja saret taf bir-rapport biss meta d-difiża indikat l-eżistenza tiegħu fi proċeduri separati. Meta xehed, l-espert tal-Europol Van Der Meij kien qal li r-rapport kien dokument ‘protett’ biex jintuża għal skopijiet ta’ intelligence u li ma setax jiżvela dettalji sakemm ma jitneħħewx kodiċijiet ta’ aċċess speċifiċi marbuta miegħu.

Van Der Meij xehed ukoll li kien għadda d-dokument lill-maġistrat “skond ftehim li bih ma kellu jintuża fl-ebda proċess ġudizzjarju iżda biss għal intelligence.” Iżda l-Maġistrat waqqat dik ir-raġunament, u qalet li l-ftehim “mhux biss ma jagħmilx sens imma li wkoll ikkawża preġudizzju.”

Għalhekk reġgħet affermat ordni tal-Qorti Kriminali u kkonkludiet li l-esperti tal-Europol iridu jikkonformaw ma’ dik l-ordni qabel ma l-każ jintbagħat lura lill-qorti superjuri. “Fenech ilu hawn tlieta, erba’ snin. L-esperti jridu jiġu irrispettivament mir-raġunijiet mogħtija lill-prosekuzzjoni,” kienet l-aħħar kelma tal-Maġistrat.

Fil-bidu tas-seduta, l-avukat tal-AĠ Anthony Vella indika sensiela ta’ leaks li jikkonsistu f’“estratti minn dokumenti tal-każfu q pubblikazzjonijiet lokali. Dawk il-leaks kienu fi ksur flagranti ta’ projbizzjoni tal-qorti u l-prosekuzzjoni talbet lill-qorti biex terġa’ tafferma dik il-projbizzjoni.

Madankollu, il-Maġistrat spjegat li tali talba kellha titressaq quddiem il-Qorti Kriminali. “L-unika persuna li qed tbati hija Fenech,” qal Mercieca, waqt li staqsa x’għamlet il-prosekuzzjoni biex tinvestiga dawk il-leaks. Il-kwistjoni kienet diġà ġiet immarkata fil-Qorti Kriminali, wieġeb Vella.

L-avukati tal-AG Anthony Vella u Godwin Cini mexxew il-prosekuzzjoni, flimkien mas-Supretendent Keith Arnaud. L-avukati Charles Mercieca, Gianluca Caruana Curran u Marion Camilleri huma avukati difensuri. L-Avukati Therese Comodini Cachia u Jason Azzopardi dehru parte civile.