Lokali

Imħabbra r-responsabbiltajiet il-ġodda tax-Shadow Cabinet Nazzjonalista

Il-Kap tal-PN Bernard Grech għadu kif ħabbar ir-responsabbiltajiet li se jkollu l-Grupp Parlamentari Nazzjonalista. Dan sabiex tkompli tissaħħaħ il-ħidma Parlamentari.

Robert Cutajar – Whip, Segretarju tal-Grupp Parlamentari u Shadow Minister għas-Self Employed, l-Intrapriżi ż-Żgħar u l-Koperattivi. Responsabbli wkoll mill-Grupp Parlamentari.

Paula Mifsud Bonnici – Assistent Whip, Shadow Minister għall-Anzjanità Attiva
Responsabbli mill-anzjani, is-servizzi fil-komunità u d-djar għall-anzjani.

David Agius – Deputy Speaker u Shadow Minister għall-Fondi Ewropej u Sport

Responsabbli mill-fondi Ewropej u mill-politika dwar l-isport, il-kumplessi sportivi u l-ġlieda
kontra l-obesità.

Darren Carabott – Chairperson tal-PAC u Shadow Minister għall-Intern, is-Sigurtà u r-Riformi
Imexxi l-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi (PAC) u responsabbli mill-intern, ilkorpi dixxiplinati, l-immigrazzjoni, is-sigurtà, is-servizzi korrettivi, iċ-ċittadinanza u r-riformi.

Janice Abela Chetcuti – Shadow Minister għad-Drittijiet tal-Konsumatur u l-Ħarsien tal-Animali
Responsabbli mid-drittijiet tal-konsumatur u l-ħarsien tal-annimali.

Karol Aquilina – Shadow Minister għall-Ġustizzja
Responsabbli mill-Qrati, l-Avukat Ġenerali, l-Avukat tal-Istat, in-Nutar tal-Gvern u l-governanza
tajba.

Graziella Attard Previ – Shadow Minister għall-Ugwaljanza, il-Libertajiet Ċivili u d-Drittijiet tat-Tfal
Responsabbli mill-ugwaljanza, il-libertajiet ċivili, id-drittijiet tal-minoranzi u l-politika u ddrittijiet tat-tfal.

Charles Azzopardi – Shadow Minister għad-Delizzji u t-Tagħlim ta’ Matul il-Ħajja
Responsabbli mill-ħarsien u l-promozzjoni tad-delizzji tradizzjonali, inkluż il-kaċċa u l-insib,
u t-tagħlim ta’ matul il-ħajja.

Ivan Bartolo – Shadow Minister għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, il-Pensjonijiet u l-Ġlieda Kontra l-Faqar
Responsabbli mill-akkomodazzjoni soċjali u affordabbli, l-Awtorità tad-Djar, il-pensjonijiet u
l-ġlieda kontra l-faqar.

Ivan J Bartolo – Shadow Minister għax-Xogħol u l-Ħolqien ta’ Setturi Ekonomiċi Ġodda
Responsabbli mil-politika nazzjonali dwar ix-xogħol, il-ħolqien ta’ impjiegi, Jobsplus u l-ħolqien ta’
setturi ekonomiċi ġodda.

Graham Bencini – Shodow Minister għall-Finanzi
Responsabbli mis-settur tal-finanzi u t-tassazzjoni.

Toni Bezzina – Shadow Minister għall-Agrikoltura u s-Sajd
Responsabbli mill-politika rurali, is-sigurtà tal-ikel, l-agrikoltura, is-sajd u l-akwakultura.

Bernice Bonello – Shadow Minister għaż-Żgħażagħ u l-Ħolqien ta’ Spazji Ġodda
Responsabbli mis-settur taż-żgħażagħ u l-ħolqien ta’ spazji ġodda.

Eve Borg Bonello – Shadow Minister għat-Tibdil fil-Klima u l-Indafa Pubblika
Responsabbli mill-politika dwar it-tibdil fil-klima u l-indafa pubblika.

Alex Borg – Shadow Minister għal Għawdex
Responsabbli mill-affarijiet dwar Għawdex.

Rebekah Borg – Shadow Minister għall-Ambjent
Responsabbli mill-qasam tal-ambjent u l-afforestazzjoni.

Albert Buttigieg – Shadow Minister għall-Familja u s-Sigurtà Soċjali
Responsabbli mill-politika dwar il-familja u s-sigurtà soċjali.

Claudette Buttigieg – Shadow Minister għall-Amministrazzjoni Pubblika, ix-Xandir Pubbliku u l-Ġlieda Kontra d-Dijabete Responsabbli mill-amministrazzjoni pubblika, ix-xandir pubbliku u l-ġlieda kontra d-dijabete.

Ryan Callus – Shadow Minister għall-Enerġija, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni
Responsabbli mis-settur tal-enerġija, il-konservazzjoni tal-ilma, ir-riżorsi naturali, ir-riċerka u
l-innovazzjoni, ix-xjenza u t-teknoloġija.

Jerome Caruana Cilia – Shadow Minister għall-Ekonomija u l-Intrapriża
Responsabbli mill-ekonomija, l-industrija, l-intrapriża u s-servizzi finanzjarji.

Ivan Castillo – Shadow Minister għas-Settur Marittimu, id-Djalogu Soċjali u l-Ġlieda Kontra l-Għoli tal-Ħajja. Responsabbli mill-affarijiet marittimi, il-Freeport, il-portijiet, ir-relazzjonijiet industrijali, iddjalogu soċjali u l-MCESD u mill-ġlieda kontra l-għoli tal-ħajja.

Mario de Marco – Shadow Minister għat-Turiżmu
Responsabbli mis-settur tat-turiżmu u l-linja nazzjonali tal-ajru.

Adrian Delia – Shadow Minister għas-Saħħa
Responsabbli mill-politika nazzjonali tas-saħħa u mis-servizzi tas-saħħa.

Beppe Fenech Adami – Shadow Minister għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ
Responsabbli mir-relazzjonijiet internazzjonali u Ewropej u mill-promozzjoni tal-kummerċ.

Graziella Galea – Shadow Minister għall-Inklużjoni u l-Volontarjat
Responsabbli mill-inklużjoni, il-persuni b’diżabbiltà u s-settur tal-volontarjat.

Joe Giglio – Shadow Minister għall-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali
Responsabbli mix-xogħlijiet pubbliċi, il-manifattura u s-servizzi u l-proġetti
infrastrutturali u kapitali tal-Gvern.

Carm Mifsud Bonnici – Shadow Minister għar-Riforma Kostituzzjonali u d-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem
Responsabbli mill-ħidma għar-Riforma Kostituzzjonali u mid-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem.

Chris Said – Shadow Minister għall-Kwalità tal-Ħajja u l-Gvern Lokali
Responsabbli mill-politika favur kwalità tal-ħajja aħjar u mill-Gvern Lokali.

Mark Anthony Sammut – Shadow Minister għat-Trasport u l-Mobbiltà
Responsabbli mis-settur tat-trasport, it-toroq u l-avjazzjoni.

Justin Schembri – Shadow Minister għall-Edukazzjoni u s-Snajja’
Responsabbli mis-settur tal-edukazzjoni obbligatorja u edukazzjoni ogħla, inkluż l-Università
u l-MCAST, u s-snajja’.

Stephen Spiteri – Shadow Minister għall-Politika Soċjali
Responsabbli mill-politika soċjali.

Ian Vassallo – Shadow Minister għall-Kura Primarja u s-Saħħa Mentali
Responsabbli milll-kura primarja u mis-saħħa mentali.

Julie Zahra – Shadow Minister għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Kultura
Responsabbli mill-wirt nazzjonali, l-arti, il-kultura u l-indsutrija tal-films.

Stanley Zammit– Shadow Minister għall-Ippjanar u l-Artijiet
Responsabbli mill-ippjanar tal-iżvilupp, il-kostruzzjoni, ir-riforma fis-settur talkostruzzjoni, l-artijiet u membru tal-Bord tal-Artijiet f’isem l-Oppożizzjoni.