Internazzjonali

L-Amerikani bl-attakki fil-Jemen – it-Torok jattakkaw l-Iraq

L-Istati Uniti għaddejjin bl-attakki balistiċi fuq il-Yemen f’sit tal-Houthi – jum wara sensiela ta’ attakki bil-missili minn naħa tal-Amerikani flimkien mal-Brittaniċi.

Kelliema għall-Forzi Armati Amerikani ġie spjegat li dawn l-attakki huma mmirati biex jeqirdu l-armamenti tal-Houthi.

Dan wara li l-Amerikani spjegaw li mid-19 ta’ Novembru militanti tal-Houthi, mgħejuna mill-Iran…pprovaw jattakkaw bastimenti fil-Baħar l-Aħmar tal-inqas 28 darba.

Dan filwaqt li l-Houthi saħqu li dawn l-attakki ċertament li se jkollhom konsegwenzi hekk kif insistu għal risposta qawwija u effettiva.

Intant, it-Turkija bbumbardjat 29 post fis-Sirja u fit-Tramuntana tal-Iraq, allegatament marbuta ma’ gruppi Kurdi, b’ritaljazzjoni għall-mewt ta’ disa’ suldati Torok fl-Iraq.

L-attakki kellhom fil-mira 29 post, inklużi “bunkers, xelters u installazzjonijiet taż-żejt” li jappartjenu lill-Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan, grupp Kurd Sirjan li kien element ċentrali fil-koalizzjoni alleata mal-Istati Uniti kontra l-ISIS.

It-Turkija ta’ spiss twettaq attakki fuq postijiet fis-Sirja u l-Iraq li tissuspetta li huma assoċjati mal-PKK, li huwa pprojbit fit-Turkija u meqjus bħala organizzazzjoni ta’ “terroriżmu” mit-Turkija, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti.

Il-ministeru tad-difiża qal li l-għan kien li jiġu eliminati l-attakki terroristiċi kontra nies uforzi tas-sigurtà filwaqt li tiġi żgurata s-sigurtà tal-fruntieri