Lokali

L-NBTS b’appell għad-demm

Minħabba d-domanda kbira għad-demm O Positive, iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa se jkun qiegħed jiftaħ sat-8pm ta’ filgħaxija.

Iċ-Ċentru qal li trasport b’xejn għaċ-ċentru jista’ jiġi bbukkjat billi jċemplu fuq 80074313.

Intant meta wieħed immur jagħti d-demm għandu jieħu miegħu: il-karta tal-identità, jew il-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti u l-maskra. Wieħed għandu jixrob l-ilma qabel ma jmur u ma jilbisx kmiem issikati.

Intant, għada l-għoti ta’ demm jista’ jsir ukoll fil-Mobile Unit ta’ Ħal Qormi ħdejn il-Knisja Parrokkjali ta’ San Bastjan mit-8.30am sa 1.00pm u fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa li jiftaħ kuljum mit-8am sas-6pm ta’ filgħaxija. Għal dawk l-għawdxin li jkunu jridu jgħatu id-demm dawn jistaw jgħamluh għada fil-berġa ix-xewkija Għadwex bejn 8am sa 1pm.