Il-Pulizija qed tinvestiga każ ta’ qtil fi Triq Sir George Borg Tas-Sliema, li hija triq ma’ triq ma’ Triq Dingli. Il-każ seħħ fis-6am.
Kien għall ħabta ta’ 6:15am meta l-allegat qattiel daħal fl-għassa ta’ sliema b’traċċi ta’ demm fuqu fejn ta’ ruħu b’idejh u informa l-pulizija li kien għadu kemm qatel persuna f’apartament. Wara interrogazzjoni qasira l-agressur ġie identifikat bħala raġel Kolumbjan ta’ 43 sena.
Mill-ewwel stħarriġ mil-pulizija jidher li Il-vittma tal-allegat omiċidju, hija mara ta’ 43 sena li l-isem tagħha hu Sandra Ramirez fejn nstabet fl-appartament minduda fuq is-sodda bla ħajja. Il-mara, li l-identità tagħha hi Kolombjana ukoll, instabet b’numru ta’ daqqiet ta’ arma li taqta bil-ponta fejn din l-istess arma għadha ma nstabitx.

Fil-post hemm numru ta’ uffiċjali prezenti minn taqsimiet differenti fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, fosthom Membri tal-Forensika, li għaddejin b’investigazzjoni intensiva sabiex jiskopru x’wasal għal dan l-inċident, li jidher li seħħ wara argument bejn il-vittma u l-aggressur. Il-Pulizija prezentament qeda tinterroga l-agressur għal iktar informazzjoni.
Kemm il-mara kif ukoll ir-raġel għandhom 43 sena, pero s’issa għaddu mhux magħruf x’inhi r-relazzjoni ta’ bejniethom, u jekk iż-żewġ persuni kienux jgħixu flimkien. Il-Pulizija ċċarat ukoll kif fil-jiem u xhur li għaddew ma saru l-ebda rapporti fuq vjolenza domestika.
Il-Maġistrat Lara Lanfranco ħatret inkjesta.


Dan huwa t-tieni delitt tas-sena fejn ftit tal-jiem ilhu seħħ l-ewwel delitt fl-ewwel ġurnata ta’ sena meta Eric Borg inqatel fir-Rabat.
Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej.
//= $special ?>