Ħbieb u kollegi tal-mara li inqatlet kmieni dalgħodu sellmu l-memorja ta’ Sandra Ramirez b’diversi messaġġi ta’ kondoljanzi fuq il-media soċjali.
Il-mara Kolombjana ta’ 43 sena kienet taħdem f’ħanut fl-istabbiliment The Point.
Dan l-istess ħanut ħabbar li illum ma kienx se jiftaħ il-bibien tiegħu sabiex jagħti l-opportunità lill-kollegi kollha ta’ Ramirez jgħaddu minn dan il-mument ta’ xokk. Il-mara kienet deskritta bħala ħaddiema ġentili u dedikata, u persuna maħbuba minn kulħadd.
//= $special ?>