Lokali

Rapporti li nstema’ ħoss qawwi fiz-zona tal-Imsida

X’aktarx splużjoni minn heater tal-gass

Il-Pulizija qed jinvestigaw sensiela ta’ rapporti li qed jaslulhom dwar ħoss qawwi bħal splużjoni għall-ħabta tal-4:45 pm fl-inħawi tal-Imsida.

Kelliema għall-Pulizija li tkellmu ma’ Net News stqarrew li mill-ewwel indikazzjonijiet seħħet splużjoni minn heater tal-gass madanakollu fortunatament ħadd ma ndarab fl-inċident.

Bosta persuni minn diversi lokalitajiet saħqu fuq il-midja soċjali li esperjenzaw theżżiż qawwi iżda jidher li dak li għal bidu deher bħala ħoss li seta’ kellu konsegwenzi traġiċi, li effettivament jirriżultaw f’telf ta’ ħajjiet – fortunatament dan ma kienx il-każ.