Lokali

Sandra Ramirez hi l-Kolumbjana li inqatlet f’Tas-Sliema

Sa dalgħodu, l-arma kienet għadha ma nstabitx

Jisimha Sandra Ramirez il-mara Kolumbjana li inqatlet f’Tas-Sliema; f’dak li huwa t-tieni delitt ta’ din is-sena.

Jidher li l-Kolumbjana kienet taħdem f’ħanut tal-ħwejjeġ, u kienet ilha numru ta’ snin f’pajjiżna.

Kien għall ħabta ta’ 6:15am meta l-allegat qattiel daħal fl-għassa ta’ Tas-Sliema bi traċċi ta’ demm fuqu fejn ta’ ruħu b’idejh u informa l-Pulizija li kien għadu kemm qatel persuna f’appartament.

U wara interrogazzjoni qasira l-aggressur ġie identifikat bħala raġel Kolumbjan ta’ 43 sena.

Il-katavru ta’ Ramirez instab fuq is-sodda tal-appartement, b’numru ta’ feriti magħmulin minn sikkina.