Lokali

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku

Indjan ta’ 31 sena weġġa’ gravi wara inċident bil-mutur f’Santa Venera.

Il-każ seħħ ilbierah, għall-ħabta ta’ 23:45, meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn mutur Peugeot Tweet misjuq minn Indjan ta’ 31 sena residenti Wied il-Għajn u Peugeot 307 misjuqa minn raġel ta’ 53 sena residenti Birkirkara.

Fil-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għadejjin.