Il-Ħadd għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Ħal Qormi, Ħal Luqa.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li kien seħħ inċident bejn rota, li fuqha kien hemm raġel ta’ 54 sena residenti l-Imtarfa, u Chevrolet Spark, li kienet qed tinstaq minn Indjan ta’ 38 sena residenti Ħal Luqa.
Iċ-ċiklist ingħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>