Ir-ritorn ta’ Kevin De Bruyne kien wieħed trijonfali għal Man City hekk kif il-Belġjan dawwar il-logħba, l-ewwel meta kiseb il-goal tad-draw u wara qassam lejn Bobb li skorja l-goal tar-rebħa.
Manchester City fetħu l-iskor b’goal ta’ Bernardo Silva li skorja bit-takkuna, iżda f’temp ta’ żewġ minuti Newcastle skorjaw żewġ ġmiel ta’ goals permezz ta’ Isak u Gordon biex daħlu jistrieħu fil-vantaġġ.
Fit-tieni taqsima Man City assedjaw lill-avversarji iżda kellu jkun De Bruyne li kien ilu biss ħames minuti fil-ground biex kiseb id-draw b’xutt fil-baxx.
Fil-91 minuta pass preċiż ta’ De Bruyne lil Bobb li bi klassi kbira dar ma’ Dubravka u xeħet fix-xibka.
Fil-logħba l-oħra Chelsea rebħu d-derby mal-ġirien Fulham b’penalty ta’ Cole Palmer fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima.
Riżultati
Chelsea v Fulham 1-0
Newcastle v Man City 2-3
Illum
Everton v Aston Villa
Man Utd v Tottenham
//= $special ?>