Inter ikkonfermaw il-qawwa tagħhom meta rebħu għand Monza biex saħħew l-ewwel post u issa għandhom ħames punti vantaġġ fuq Juventus li iżda għad iridu jilagħbu tagħhom nhar it-Tlieta.
Rebħa mpressjonanti ta’ Inter li ġabu fix-xejn lil Monza b’doppjetti ta’ Hakan Calhanoglu u ta’ Lautaro Martinez u goal ieħor lejn it-tmiem ta’ Marcus Thuram.
Għal Monza goal ta’ konsolazzjoni skorjat minn Pessina minn penalty f’nofs it-tieni taqsima.
Napoli finalment irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Salernitana wara li kienu goal minn taħt.
Kien Candreva li bi ġmiel ta’ xutt fetaħ l-iskor għal Salernitana iżda Politano kiseb id-draw minn penalty fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima.
Il-logħba dehret destinata għal diżappunt ieħor għaċ-Champions sakemm fis-96 minuta rrahmani skorja l-goal rebbieħ.
F’logħba minn naħa t’isfel tal-klassifika Hellas Verona għelbu lil Empoli 2-1. Djuric skorja wara tliet minuti u Verona rduppjaw permezz ta’ Ngonge fis-56 minuta.
Empoli skorjaw permezz ta’ Zurkowski fl-64 minuta iżda ma rnexxielhomx isalvaw ir-riżultat.
F’logħba oħra draw ta’ mingħajr goals bejn Torino u Genoa.
Riżultati
Genoa v Torino 0-0
Napoli v Salernitana 2-1
Verona v Empoli 2-1
Monza v Inter 1-5
Illum
Lazio v Lecce
Cagliari v Bologna
Fiorentina v Udinese
Milan v Roma
Għada
Atalanta v Frosinone
It-Tlieta
Juventus v Sassuolo
//= $special ?>