Internazzjonali

Id-Danimarka: It-tmexxija tal-monarkija tgħaddi għal idejn ir-Re Frederik

Il-Prinċep Frederik tad-Danimarka issa hu konfermat bħala r-Re ġdid ta’ pajjiżu.

Iċ-ċerimonja tas-suċċessjoni f’Kopenhagen saret ftit wara li ommu, ir-Reġina Margrethe it-Tieni, abdikat, b’sorpriża kbira, wara li kienet ilha fuq it-tron għal 52 sena.

Ir-Reġina, li għandha 83 sena, mexxiet lill-Monarkija Daniża għal 52 sena u kienet  ħabbret li qed tispiċċa mir-rwol waqt diskors lill-poplu f’Lejliet l-Ewwel tas-Sena. Il-proklama ta’ Frederik bħala Re, intant, kienet segwita minn għexieren ta’ eluf ta’ Daniżi li pakkjaw iċ-ċentru tal-kapitali

Il-proklama, f’dan il-każ, mhix tissejjaħ koronazzjoni u bil-konferma ta’ Frederik bħala Re titħabbar mill-Palazz ta’ Christiansborg li hu bini tal-Gvern fil-kapitali.