Futbol Sport

Tazza tal-Afrika: In-Niġerja u l-Eġittu jiftħu l-impenji tagħhom bi draw fil-partiti rispettivi

In-Niġerja fetħu l-impenji tagħhom fit-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani bi draw diżappuntanti kontra l-Equitorial Guinea ta’ 1-1. L-istess Guniea marru fil-vantaġġ fis-36 minuta b’konklużjoni ta’ Iban Salvador qabel kien l-attakkant prolifiku ta’ Napoli Victor Osimhen li kiseb d-draw għan-Niġerja fit-38 minuta.

Draw wkoll ta’ 2-2 għall-Eġittu kontra l-Możambique. L-Eġittu fil-vantaġġ żewġ minuti mill-ftuħ tal-partita permezz ta’ Mostafa Mohamed. Reazzjoni mill-Mozambique b’gowls ta’ Witiness Quembo u Clesio Bauque fil-55 u t-58 minuta għal 2-1. Bil-partita tidher li se tintemm f’rebħa għal Mozambique, kien Mohammed Salad li mill-ħdax-il metru kiseb id-draw ta’ 2-2 għall-Eġittu.

Il-Cape Verde għelbu lil Ghana bl-iskor ta’ 2-1. Huma fetħu l-iskor fis-17-il minuta permezz ta’ Jamiro Monteiro qabel kien Alexander Djiku li kiseb id-draw għal Ghana fis-56 minuta. Minkejja dan il-Cape Verde skorjaw il-gowl tar-rebħa fit-92 minuta minn Garry Rodrigues.

TAZZA TAN-NAZZJONIJIET AFRIKANI

Ilbieraħ: Niġerja v E.Guinea 1-1, Eġittu v Mozambique 2-2, Ghana v Cape Verde 1-2

Illum: Senegal v Gambia 3.00pm, Cameroon v Guinea 6.00pm, Algeria v Angola 9.00pm