Raġel ta’ 28 sena residenti Raħal Ġdid, qed jiġi mixli li wettaq sensiela ta’ serqiet fil-Pietà, Marsa, Il-Belt Valletta u fir-Rabat.
Shaun Caruana, ġie arrestat matul il-jum tas-Sibt wara li ntlemaħ mill-Pulizija fil-lokalita tal-Ħamrun, dan wara li matul il-jum tas-Sibt stess ħareġ mandat ta’ arrest kontra tiegħu hekk kif kien qed jiġi investigat fuq sensiela ta’ serqiet li huwa allegatament wettaq, fosthom serqa fil-Pietà li tammonta għal 2,329.37 ewro filwaqt li kkaġuna ħsara lil xi oġġetti li jammontaw għal 2,500 ewro.
Fost l-akkużi li seraq minn diversi lokalitajiet, l-imputat qed jaffaċċja ukoll akkużi li hedded uffiċjal pubbliku fl-għassa tal-Ħamrun filwaqt li kellu fil-pussess tiegħu sustanza tad-droga u arma li għandha l-ponta.
Fil-Qorti pperseduta mill-Maġistrat Elaine Rizzo, id-difiża talbet sabiex l-imputat jingħata l-ħelsien mill-arrest, talba li ma ġietx milqugħa mill-prosekuzzjoni li stqarret li l-imputat diġa instab illi wettaq reati simili u huwa għalekk li ma tistax tafdah li mhux ħa jerġa jwettaq reat simili. Dan filwaqt li stqarret ukoll li għad hemm xhieda li għadhom ma dehrux quddiem il-Qorti.
Kien hawnhekk li d-difiża spjegat li x-xhieda li jafu bihom il-Pulizija, huma xhieda illi l-imputat ma jafx, b’hekk ma hemmx riskju li javviċinahom.
Fid-dawl tal-fatti li semmiet il-prosekuzzjoni, il-Qorti ma tatx l-libertà proviżorja lill-imputat u huwa għalhekk li nżamm arrestat.
L-Avukat Joseph Camilleri deher f’isem l-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali, filwaqt li l-Avukat tal-Għajnuna
Legali Mark Mifsud Cutajar deher f’isem l-imputat.
//= $special ?>