Illum fil-5.15 pm fuq Net Television, jixxandar it-12-il programm SPORT EXTRA bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.
Fit-tieni programm għas-sena 2024, fl-ewwel parti il-mistieden huwa Joe Micallef, sinonomu u direttur – organizzatur tal-LifeStar Malta Marathon 2024 li għandha ssir fil-25 ta’ Frar.
Fl-ewwel parti wkoll fit-taqsima ‘Ġimgħa ta’Sport’ ħarsa lejn l-avvenimenti ewlenin li seħħew matul din il-ġimgħa fix-xena tal-isport lokali.
Fit-tieni parti tal-programm it-tema principali se tkun l-atletika. Intervista eskussiva għal Sport Extra ma’ Chase Ealey, bla dubju n-numru 1 fid-dinja fix-shot-up, rebbieħa tal-midalja tad-deheb fil-Kampjonati tad-Dinja li saru f’Eugene fl-2022 u f’Budapest fl-2023. Ealey bla dubju se tkun ukoll il-favorita għall-midalja tad-deheb fl-Olimpijadi ta’ Parigi 2024.
Mistieden ukoll fil-programm il-kowċ ta’ Chase Ealey, Paul Wilson.
Sport Extra għandu preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli filwaqt li l-assistenta tal-produzzjoni hija għal darb’oħra Samira Cachia Spiteri u filmati minn Liam Briffa u Michael Farrugia.
//= $special ?>