Futbol Sport

Milan jegħlbu lil Roma f’San Siro biex tkompli tiżdied il-pressjoni fuq Jose Mourinho

Ritratt: EPA

F’San Siro rebħa importanti għal Milan fuq Roma bl-iskor ta’ 3-1 biex saħħew posthom fit-tielet post tal-klassifika bi 42 punt. Min-naħa l-oħra għal Roma din it-telfa ħalliethom fid-disa’ post tal-klassifika b’29 punt. Milan fetħu l-iskor fil-11-il minuta meta Tijani Reijnders għadda lejn Yacine Adli li xeħet fix-xibka għall-ewwel gowl tiegħu ma’ Milan. Ir-Rossoneri rdoppjaw fis-56 minuta b’gowl tal-veteran Olivier Giroud, b’Leandro Paredes inaqqas id-distakk għal Roma, fid-69 minuta, mill-ħdax-il metru. Minkejja dan fl-84 minuta kien Theo Hernandez li assigura minn rebħa importanti għat-tim immexxi minn Stefano Pioli.

Fi Stadio Olimpico rebħa minima ta’ 1-0 għal Lazio fuq Lecce. L-uniku gowl tal-partita wasal fi-58 mintua meta Luis Alberto għadda lejn Felipe Anderson li xeħet fix-xibka għal 1-0.

SERIE A

Is-Sibt: Genoa v Torino 0-0, Napoli v Salernitana 2-1, Verona v Empoli 2-1, Monza v Inter 1-5
Ilbieraħ: Lazio v Lecce 1-0, Cagliari v Bologna 2-1, Fiorentina v Udinese 2-2, Milan v Roma 3-1
Illum: Atalanta v Frosinone 8.45pm