F’Riyadh fl-Arabja Sawdija Real Madrid rebħu s-Super Cup Spanjola meta għelbu lil Barcelona 4-1.
Los Blancos fetħu vantaġġ doppju fis-7 u fl-10 minuta b’doppjetta ta’ Vinicius Jr., qabel Robert Lewandowski naqqas id-distakk fit-33 minuta.
Żewġ minuti wara, Vinicius Jr. għaqqad it-tripletta personali mill-ħdax-il metru qabel kien Rodrygo li għalaq il-partita fl-64 minuta bir-raba’ gowl.
Fil-71 minuta tkeċċa Ronald Araujo għal Barcelona.
//= $special ?>