Futbol Sport

Tazza tal-Afrika: Rebħa għall-organizzaturi l-Kosta tal-Ivorju fuq il-Guinea

(Ritratt: EPA)

Il-bieraħ bdiet it-Tazza Afrikana bil-pajjiż organizzatur il-Kosta tal-Ivorju jikseb rebħa ta’ 2-0 kontra Guinea Bissau.

Wara biss erba’ minuti l-Kosta tal-Ivorju fetħu l-iskor permezz ta’ Fofana u fit-tieni taqsima kien Krasso li skorja t-tieni goal.

Illum il-kompetizzjoni tidħol fit-tieni jum fejn se jkun hemm id-debutti ta’ pajjiżi mportanti bħal ma huma n-Niġerja, l-Eġittu u l-Ghana.

Riżultat

Kosta tal-Ivorju v G. Bissau   2-0

Illum

Niġerja v Eq. Guinea

Eġittu v Mozambique

Ghana v Cape Verde