Futbol Sport

Tazza tal-Asja: L-Awstralja tibda b’rebħa

L-Awstralja bdew l-impenji tagħhom fit-Tazza tal-Asja b’rebħa ta’ 2-0 kontra l-Indja.

Il-goals tas-Socceroos waslu fit-tieni taqsima permezz ta’ Irvine fil-50 minuta u ta’ Bos fit-73 minuta.

Fil-logħbiet l-oħra l-ebda goal bejn Ċina u Tajikistan kif ukoll bejn Użbekistan u Sirja.

Illum jidħlu fl-azzjoni l-Ġappun li huma favoriti li jirbħu l-edizzjoni ta’ din is-sena li qiegħda issir fil-Qatar.

Hemm interess ukoll għad-debutt tal-Palestina mhux għall-valur tekniku li jistgħu jagħtu lill-kompetizzjoni iżda iktar minħabba l-gwerra li għadejja bħalissa.

Riżultati

Awstralja v Indja 2-0

Ċina v Tajikistan 0-0

Użbekistan v Sirja 0-0

Illum

12:30 Ġappun v Vietnam

15:30 UAE v Hong Kong

18:30 Iran v Palestina