Il-Ħadd filgħodu ttellgħat l-15-il edizzjoni ta’ Festa Ċitru ġiet organizzata mill-Uffiċċju tal-President f’The President’s Kitchen Garden, San Anton.
Waqt din l-attivita nbiegħ larinġ, lumi u frott ieħor taċ-ċitru maqtugħ mill-ġardinara u mit-tfal tal-iskola li jżuru l-ġonna tal-Palazz, filwaqt li nbiegħu wkoll kejkijiet u ħelu magħmul mil-larinġ, bil-fondi kollha jmorru għal The Malta Community Chest Fund.
Apparti l-ikel kien hemm divertiment kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar b’logħob u varjetà ta’ mużika fejn kienu bosta li attendew għal din il-festa tal-familja.
Il-President ta’ Malta George Vella spjega iżjed dwar din l-attivita’, filwaqt li rringrazzja lil kull min attenda u għen sabiex din l-attivita’ tkun possibli. Din hi l-aħħar Festa Ċitru li se ssir taħt il-Presidenza tiegħu.
//= $special ?>