Valletta kisbu rebħa konvinċenti ta’ 7-1 fuq Għajnsielem biex għamluha mal-aħħar sittax ta-Izibet FA Trophy. Valletta marru 3-0 minn fuq fl-ewwel taqsima b’gowls ta’ Brandon Paiber, u doppjetta ta’ Federico Falcone. Għajnsielem skorjaw l-unika gowl tagħhom permezz ta’ Godwin Emmanuel. Falcone għaqqad it-tripletta personali, b’Valletta jkabbru l-vantaġġ b’gowl ta’ Zak Barbara u doppjetta ta’ Klose Azzopardi Conti.
Hibernians għelbu lil Qala Saints bl-iskor ta’ 2-0. Jurgen Degabriele fetaħ l-iskor fis-56 minuta mill-ħdax-il metru qabel kien Giannis Bastianos li rdoppja u għalaq il-partita fis-77 minuta.
Fil-Gozo Stadium rebħa komda għal Gudja United kontra Xewkija Tigers bl-iskor ta’ 3-0. Protagonist għal Gudja United kien l-attakkant Gianluca Zammit, li skorja tripletta personali bil-gowls jaslu fl-14, id-29 u d-39 minuta.
Balzan ukoll għamluha mal-aħħar sittax b’rebħa missielta ta’ 2-1 fuq Zurrieq. Balzan fetħu l-iskor minn Jake Grech fit-52 minuta b’gowl ta’ Jake Grech qabel kien Manyluak Aguek li rdoppja fid-79 minuta. Il-gowl ta’ Zurreiq kien skorjat fis-87 minuta minn Christopher Mario Baker.
Sirens ukoll għaddew għall-fażi li jmiss meta wara l-għoti tal-penalties huma għelbu lil Nadur Youngsters 4-3. Nadur marru fil-vantaġġ minn Marcelo Barbosa fil-31 minuta qabel Bismark Asare kiseb id-draw fis-60 minuta. Fl-għoti tal-penalties, għal Sirens skorjaw Hafiz Mohammed Akado, Sacha Borg, Kwasi Donsu, u Daniel Agius filwaqt li għal Nadur skorjaw Marcelo Pereira Muniz, Joseph Mario Vella u Joao Vitor De Oliveira Florencio u falla Stefan Cassar.
Swieqi ukoll għamluha mal-aħħar sittax b’rebħa fuq Luqa St Andrews bl-iskor ta’ 2-1. Swieqi ħadu vantaġġ doppju b’gowls ta’ Nicholas Pisani u Federico Vasilchik, b’Chibuzor Luzky Nwaogu jiskorja l-gowl ta’ konsolazzjoni.
Sliema għelbu lil Marskala bl-iskor ta’ 3-0. Huma fetħu l-iskor fl-10 minuta minn Mohamed Abdulahi Awad qabel Joseph Minala rdoppja fis-26 minuta. Biex fl-40 minuta reġa’ kien Mohamed Abdulahi Awad li kkonkluda fix-xibka u għalaq il-partita.
IZIBET FA TROPHY
Illum: Valletta v Għajnsielem 7-1, Hibernians v Qala Saints 2-0, Gudja Utd v Xewkija Tigers 3-0, Balzan v Zurrieq 2-1, Nadur Youngsters v Sirens 1-1 (3-4), Luqa St.Andrews v Swieqi 1-2, Sliema Wanderers v Marsaskala 3-0
//= $special ?>