Lokali

Żewġ persuni jweġġgħu gravi f’ħabta f’Ħal Luqa

Żewġ irġiel weġġgħu gravi wara li kienu involuti f’inċident li seħħ dal-lejl għall-ħabta tal-kwarta fi Triq l-Ewwel Titjira, Ħal Luqa.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn Hyundai Accent misjuqa minn raġel ta’ 45 sena residenti ż-Żurrieq u Mercedes Benz C220 misjuqa minn raġel ta’ 66 sena residenti l-Gudja.

Il-persuni involuti ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ż-żewġt irġiel ittieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.