Bħalissa hawn15,768 persuna jistennew biex isirilhom MRI. Dan jirriżulta minn informazzjoni mogħtija fil-parlament.
Id-Deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia staqsa lill-Ministru tas-Saħħa Jo Etienne Abela jgħid kemm hemm individwi fuq il-lista ta’ stennija biex jagħmlu MRI.
Il-Ministru tas-Saħħa wieġeb li jinsab infurmat li minn informazzjoni miġbura mill-Medical Imaging Department tal-Isptar Mater Dei, hemm 15,768 persuna li qed jistennew biex isirilhom MRI. Il-Ministru tas-Saħħa żied li meta kont għadu Ministru għall-Anzjanità Attiva biss, beda l-proċess biex tinxtara MRI għar-Residenza San Vinċenz biex taqdi l-ħtiġijiet tar-residenti mingħajr il-bżonn li jmorru Mater Dei u taqdi wkoll nies oħra li jkollhom bżonn.