Il-Kamerun temmew fi draw ta’ 1-1 kontra l-Guinea fl-ewwel partita tagħhom fi Grupp C.
Bejn il-lasti għal Guinea lagħab il-goalkeeper ta’ Hibernians Ibrahim Kone.
Huma rnexxielhom idawwru telfa f’rebħa, hekk kif kienu l-Guinea li fetħu l-iskor l-ewwel wara 10 minuti permezz ta’ Mohammed Bayo.
Ftit mumenti qabel tmiem l-ewwel taqsima l-Guinea spiċċaw b’għaxar plejers wara li tkeċċa Francois Kamano.
Il-gowl tad-draw għall-Kamerun kien skorjat minn Frank Magri fil-51 minuta.
Minn naħa l-oħra, fl-istess Grupp Senegal fetħu l-impenji tagħhom b’rebħa ta’ 3-0 fuq il-Gambia.
Pape Gueye skorja l-ewwel gowl għal pajjiżu mill-assist ta’ Mane.
Il-Gambia spiċċaw jilagħbu b’għaxra wara li tkeċċa Ebou Adams fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima.
Żewġ gowls ta’ Lamine Camara fit-52 minuta u fis-86 minuta ssiġillaw ir-rebħa għas-Senegal.
Fi Grupp D, draw ta’ gowl kull wieħed bejn Alġerija u Angola.
Baghdad Boundjah skorja l-gowl għall-Alġerija wara 18-il minuta, filwaqt li Mabululu skorja l-gowl tad-draw għal Angola fit-68 minuta.
Ilbieraħ
Grupp C:
Senegal v Gamjia 3-0
Kamerun v Guinea 1-1
Grupp D:
Alġerija v Angola 1-1
Illum
Grupp D:
Burkina Faso v Mauritania 3:00pm
Grupp E:
Tuneżija v Namibja 6:00pm
Mali v Afrika t’Isfel 9:00pm