Sport Sport Ieħor

Blackball: Miguel Amato jirbaħ il-ħames Ranking Tournament

Miguel Amato rebaħ il-ħames tournament ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tan-Nazzjonijiet tal-Blackball 2024 meta fil-finali għeleb lil Dejan Grech 10-5.

Amato fetaħ vantaġġ ta’ 5-1 u għalkemm Grech naqqas id-distakk għal aktar minn darba, kien diffiċli għalih sabiex jgħeleb id-distakk.

Fil-finali ta’ taħt it-23 sena, Liam Mifsud għeleb lil Deacon Formosa 9-5. Partita ibbilancjata b’Mifsud jikseb vantaġġ bikri iżda b’Formosa li f’xi mumenti dawwar l-iskor favurih. F’mument minnhom l-iskor kien 5-5, iżda Liam Mifsud kien determinat li jagħlaq il-partita hekk kif rebaħ l-erba’ frames ta’ wara għal skor finali ta’ 9-5.

Chaylon Castaldi għeleb lil Steven Muscat 9-7 fil-kategorija ta’ taħt it-18-il sena filwaqt li fil-finali tas-seniors ta’ ‘l fuq minn 40 sena Antoine Schembri għeleb lil Stephen Mangion 10-9.

Fil-finali tal-Masters ta’ ‘l fuq minn 50 sena, Jesmond Schembri għeleb lil Conrad Catania 10-3.