Lokali

“Iddejjaqna niżfnu fin-nofs – il-Gvern irid isib soluzzjoni” – Studenti tal-MCAST

Jappellaw biex Abela jsib soluzzjoni mal-għalliema tal-MCAST

L-istudenti tal-MCAST huma rrabjati u inkwetati ferm kawża tal-fatt li spiċċaw involuti f’nofs azzjoni industrijali.

Studenti tal-MCAST sostnew li filwaqt li jempatizzaw mal-letturi tagħhom fil-ġlieda favur il-benesseri tagħhom u titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol – huma saħqu li huwa inġust għall-istudenti li kontinwament qed jispiċċaw jinqabdu bejn l-appelli tal-MUT u l-Gvern Laburista.

Insistew li l-perjodu edukattiv għandu jkun wieħed li student jitħarreġ u jitgħallem…sabiex isaħħaħ il-karriera futura tiegħu madanakollu minflok progress akkademiku qed ikunu esposti għal sfidi enormi biex tal-inqas jirċievu l-marki….qishom ostaġġi.

Għaldaqstant huma appellaw lill-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru Clifton Grima sabiex jisimgħu mill-edukaturi tagħhom…u jieqfu jinjorawhom u jfittxu kemm jista jkun it-triq tas-soluzzjonijiet u d-djalogu.