Internazzjonali

Il-Gwerra fl-Ukrajna: Rapporti li twaqqa’ ajruplan Russu għall-ispjunaġġ

Il-militar Ukren qal li rnexxielu jwaqqa ajruplan militari tar-Russja li kien qed jintuża għal missjonijiet ta’ spjunaġġ u li kien qed itir minn fuq il-Baħar ta’ Azov.

L-iżvilupp, f’każ ta’ konferma uffiċjali, għandu jfisser daqqa ta’ ħarta kbira lil Moska. U waqt li l-Uffiċjali Russi qalu li ma kellhomx informazzjoni dwar il-każ, diversi kummentaturi prominenti f’Moska qablu li t-telfa tal-ajruplan – tat-tip A-50 – għandha titqies bħala waħda ‘sinifikanti’.

L-A50 għandu l-kapaċità biex isib il-lokalitajiet tad-difiżi għal kontra l-attakki mill-ajru filwaqt li jikkoordina l-miri għall-ajruplani militari tar-Russja

L-Ukreni, intant, qed jinsistu li l-ajruplani tal-gwerra tagħhom qerdu l-ajruplan A-50 għal fuq id-distanzi twal minbarra ċentru għall-kontroll tal-ajru tar-Russi.

Dan ukoll meta l-qawwiet tal-art Ukreni qed jippruvaw jagħmlu l-avvanzi sinifikanti fuq iz-zoni ta’ pajjiżhom okkupati mit-truppi tal-Kremlin.

Fl-aħħar sigħat, l-istazzjon militari Russu Rybar ammetta li l-qawwiet tal-ajru Russi jkunu sofrew ġurnata sewda oħra jekk kemm-il darba  l-Ukreni waqqgħu tassew l-ajruplan A-50.