Lokali

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista jiddiskuti temi ta’ natura importanti mal-Korp Diplomatiku

Waqt laqgħa mal-Korp Diplomatiku fid-Dar Ċentrali, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fakkar kif din is-sena hija sena importanti għal pajjiżna hekk kif f’Ġunju li ġej ser issiru l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropej.

Bernard Grech qal li l-Partit Nazjzonalista kien dejjem partit li emmen fl-abbiltajiet tan-nisa tant li erba’ mis-seba’ kandidati tal-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Nazzjonalista huma nisa fosthom il-President tal-Parlament Ewropej Roberta Metsola.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem ukoll dwar il-gwerer li bħalissa għadejjin madwar id-dinja u qal li jinsab imnikket li s-sena 2023 kienet idominata mill-attakki tar-Russja fuq l-Ukrajna. Attaki li ħallew eluf ta’ vittmi maqtula, midruba u nies mingħajr saqaf fuq rashom. Fid-dawl ta’ dan kollu Berbard Grech ġedded l-appell tiegħu sabiex ikun hemm waqfien imedjat mill-ġlied.  

Rigward il-gwerra fil-Lvant Nofsani il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li huwa favur solluzjoni ta’ żewġ stati.

Preżenti kien hemm ukoll il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione, is-Segretarju tal-Partit Nazzjonalista Micheal Piccinino, Beppe Fenech Adami Shadow Minister għall-Affarijiet Barranin, Graham Bencini Shadow Minister għall-Finanzi, u Beppe Galea Uffiċjal Internazzjonali.