Il-Korea t’Isfel u l-Iraq kisbu rebħiet identiċi fl-ewwel partita tagħhom filt-Tazza tal-Asja bl-iskor taż-żewġ logħbiet ikun 3-1.
Il-Iraq għelbu lil Indoneżja fi Grupp D, bl-ewwel gowl jasal minn Mohamed Ali fis-17-il minuta, segwit minn gowl ta’ draw temporanju skorjat minn Marselnio Ferdinan.
Osama Rashid ta l-vantaġġ lill-pajjiżu għat-tieni darba fil-partita, b’ Aymen Hussein jikkonferma t-tlett punti fil-75 minuta.
Fi Grupp E, il-Korea t’Isfel għelbu lil Bahrain 3-1.
Il-gowls għall-Korea t’Isfel waslu minn In-beon Hwang fit-38 minuta, u żewġ gowls ta’ Lee Kang-in fis-56 minuta u fl-94 minuta.
Il-gowl li kien jiswa’ biss ta’ konsolazzjoni għall Bahrain wasal fil-51 minuta minn Abdulla Al-Hashsash.
Mill-istess grupp, il-Ġordan kisbu rebħa kbira ta’ 4-0 fuq il-Malażja.
Tlett gowls fl-ewwel taqsima u gowl ieħor fl-aħħar 5 minuti taw ir-rebħa lil Ġordan. Żewġ gowls ta’ Mahmoud Mardi u gowl ieħor ta’ Mousa Suleiman kienu l-gowls skorjati fl-ewwel
//= $special ?>