Lokali

Il-President ta’ Malta jiltaqa’ mal-Korp Diplomatiku

Illum bħall ma jiġri ta’ kull sena il-Korp Diplomatiku iltaqa’ ukoll mal-President ta’ Malta George Vella, li minn naħa tiegħu ħa din l-opportunità sabiex jirrifletti fuq l-istat ġeopoltiku ta’ pajjiżna.

Hu tenna r-relevanza ta’ sistema multileteralli fejn il-pajjiżi kollha jkunu kunsidrati indaqs irrispetivament tad-daqs, il-ġid u saħħa militari li jkollhom.

Hu saħħaq li minkejja li pajjiżna huwa pajjiż newtrali fil-Kunsill tan-Nazzjonijeit Uniti dan ma jfissirx li l-ħidma tal-pajjiż hija waħda passiva, hekk kif fejn kien hemm bżonn li nidefendu, nikkritikaw, u nimponu pajjiżna dejjem għamel hekk.

Kien għalhekk li l-President mill-ġdid ikkundanna l-attakki tar-Russja fuq l-Ukrajna, kif ukoll l-attakki ta’ 7 ta’ Ottubru li l-Hamas wettqu fuq Iżrael, pero fl-istess ħin ikkundanna wkoll ir-ritaljazjoni ta’ Iżrael fuq in-nies ta’ Gaza.

Intant il-President fakkar kif bħalissa għadejjin gwerrer oħra li forsi dan l-aħħar qed nisimgħu ftit inqas fuqhom bħal gwerra tas-Sudan, u għalhekk apella biex fil-konfront ta’ dan kollu l-azzjoni tibda tittieħed f’waqta u mhux meta jkun tard wisq.

Fuq tema differenti l-President għamel aċċenn kemm għal immirazzjoni irregolari, fejn qal li din sempliċiment ma għadiex sostenibbli, kif ukoll għat-tibdil fil-klima fejn saħħaq li l-klima qeda f’punt kruċjali ħafna fejn bosta gżejjer żgħar qegħdin f’risku li jerqu.

Għalhekk iktar minn qatt qabel irridu nagħmlu iktar użu mill-enerġija rinovabbli u nnaqsu l-użu tal-fossil fuel.