Gżira United u Birkirkara St Helen’s baqgħu fl-ewwel postijiet tal-klassifika tal-Veterans Malta Football Association Cisk Premier League meta rebħu l-partiti rispettivi tagħhom.
Gżira United xejn ma sabuha faċli sabiex għelbu lil Hibernians 3-2. Kienet partia ferm ibbilanċjata bir-riżultat inċert sal-aħħar minuta.
Birkirkara St Helen’s ftit sabu oppożizzjoni minn Rabat Veterans f’partita li rebħu 9-3.
Iċ-champions Malta Football Players Association iddominaw għal kollox kontra t-tim tal-qiegħ tal-klassfika Żurrieq Wolves fir-rebħa ta’ 7-0 filwaqt li Żejtun Red Stars irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Luxol 6-3.
KLASSIFIKA – Gżira United, Birkirkara St Helen’s 19 il-punt kull wieħed, Malta Football Players Association 14 il-punt, Hibernians 12 il punt, Rabat Veterans u Luxol 10 punti kull wieħed , Żejtun Red Stars 9 punti u Żurrieq Wolves ebda punt 0
//= $special ?>