Internazzjonali

Riċerka turi li 40% tax-xogħolijiet se jibdew isiru mill-Intelliġenza Artifiċjali

Riċerka li saret mill-International Monetary Fund (IMF) turi li madwar 40% tax-xogħolijiet li bħalissa jsiru minn nies kapaċi jiġu affetwati sew jew saħansitra jibdew isiru kompletament mill-Intelliġenza Artifiċjali.

Dan apparti li la darba naraw dan l-iżvilupp fit-teknoloġija, inugwaljanza mistennija li tieħu daqqa ta’ ħarta ‘l isfel.

Minkejja r-riżultati xejn sbieh għall-ħaddiema, ir-riċerka sabet ukoll li madwar 60% tax-xogħolijiet se jibbenefikaw mill-għajnuna artifiċjali tant li jżidu fil-produttività tagħhom.

Dan l-iżvilupp b’persentaġġ għoli jidher l-iktar f’pajjiżi avvanzati, b’persuni f’pajjiżi li għandhom dħul baxx ħafna se jaraw biss effett ta’ 26% mit-teknoloġija li iktar ma jmur iktar qed tavvanza.

Il-Parlament Ewropew se jkun qed jivvota għal proposti dwar l-Att tal-Intelliġenza Artifiċjali, bil-liġijiet mhumiex se jkunu qed jidħlu fis-seħħ qabel mill-inqas l-2025. L-Amerka, r-Renju Unit u ċ-Ċina għadhom ma ppublikaw l-ebda linji gwida dwar l-Intelliġenza Artifiċjali.