Raġel ta’ 53 sena weġġa’ gravi wara inċident bil-mutur f’Ħal-Luqa.
Il-każ seħħ, illum għall-ħabta tal-10:30, fi Vjal l-Avjazzjoni, meta għal xi raġuni waqt li kien qed isir xi xogħol, gaffa laqtet cable, bil-konsegwenza li l-istess cable waqa’ fit-triq. Dak il-ħin, sewwieq ta’ mutur residenti Swieqi, li kien għaddej mit-triq, ipprova jevita l-cable u waqa’ bil-mutur.
Fil-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħadet lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>