B’punteġġ perfett ta’ 60/60 plattina milquta, Clive Farrugia rebaħ l-ewwel Skeet Selection Shoot tal-istaġun fejn dan huwa wkoll rekord nazzjonali.
Fit-tieni u tielet post rispettivament spiċċaw Marlon Attard u Marcello Attard.
Il-kompetizzjoni, li saret fil-Malta Ntional Shooting Rangews f’Ta’ Kandja, kienet l-aħħar avveniment qabel l-atleti jirrapreżentaw lil Malta fl-ISSF World Cup 2024 li se ssir f’Rabat, il-Marokk.
Is-sitt finalisti skond il-punteġġ fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni kienu:
Farrugia Clive 121/125, Azzaopardi Matthias 119/125, Attard Marlon 116/125 +4 shoot-off, Sciberras Liam 116/125 +3 shoot-off, Cassar Andre 115/125 u Attard Marcello 114/125.
Ir-riżultati finali kienu dawn:
1. Farrugia Clive 60/60
2. Attard Marlon 54/60
3. Attard Marcello 44/50
4. Sciberras Liam 34/40
5. Cassar Andre 26/30
6. Azzopardi Matthias 15/20
L-atleti li se jkunu qed jirrapreżentaw lil Malta fil-Marokk se jkunu Clive Farrugia, Marlon Attard u Liam Sciberras.
//= $special ?>