Claudette Buttigieg, PN
Id-Deputat Nazzjonalista sostniet fil-parlament li uffiċjali fiċ-Ċivil għandhom jassiguraw li ma jsirux abbużi mill-ministri.
Meta kienet qed titkellem fid-dibattitu dwar emendi għall-Kodiċi Kriminali, Claudette Buttigieg qalet li hemm bżonn iktar rispett lejn nies li għandhom esperjenza twila fiċ-Ċivili; nies li jistgħu pariri siewja.
Hi qalet li l-pajjiż mhux jagħti l-istima neċessarja lil dawn il-ħaddiema u sostniet li fil-ministeri hemm persuni li setgħu ġibdu l-attenzjoni meta kien hemm sitwazzjonijiet li pperikolaw l-interess tal-UE u tal-pajjiż.
L-għażla tas-silenzju u l-omertà hi perikoluża ħafna speċjalment min-nies li fiċ-Ċivil għandhom rwol importanti ħafna u li kellhom ikunu li ma jippermettux li jsiru ċertu skandli fosthom l-Electrogas u l-isptarijiet.
Dawn l-iskandlu kienu seħħu mill-istess ministeru responsabbli mis-saħħa u l-enerġija iżda ħadd miċ-Ċivil ma kellu l-kuraġġ li jwaqqaf kuntratti kontra l-interess ta’ Malta u tal-UE.
Is-Segretarji Permanenti għandhom rwol importanti ħafna fis-sorveljanza meta jindunaw li l-ministri jkunu qed jieħdu deċiżjonijiet politiċi li jmorru kontra l-etika u dak li suppost ikun qed isir. Dawn huma l-għassiesa tal-governanza tajba u dan għandu jsir bla ma huma jħarsu lejn wiċċ ħadd.
Quddiem dawn iċ-ċirkostanzi, is-Segretarji Permanenti iridu jieħdu azzjoni, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li semmiet ukoll l-iskali l-oħra taċ-Ċivili fil-protezzjoni ta’ dak li jkun qed iseħħ fil-pajjiż.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li min jonqos mir-responsabbiltajiet tiegħu għandu jagħti rendikont tal-pożizzjoni tiegħu. Hemm daħal fil-politika biex jisraq u jiftaħ il-kumpaniji l-Panama, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li kien hemm żgur nies miċ-Ċivil li kienu jafu x’inhu jsir.
Id-deputat Nazzjonalista appellat lill-uffiċjali pubbliċi biex ma jibżgħux jieqfu quddiem il-korruzzjoni.