Internazzjonali

Villaġġ fl-Iżlanda jispiċċa ħuġġieġa nar wara li żbroffa vulkan

Numru ta’ djar spiċċaw ħuġġieġa nar wara li żbroffa vulkan fis-sigħat bikrin tal-Ħadd qrib ir-raħal Grindavik, fl-Iżlanda.

Il-vulkan li jinsab fuq il-peninsula Reykjanes qed joħloq sitwazzjoni xejn sabiha, bir-residenti fir-raħal kellhom jiġu evakwati minn djahrom għas-sigurtà tagħhom.

Dan il-vulkan kien żbroffa lura f’Diċembru, bl-awtoritajiet kienu bnew ħajt biex jilqa’ il-lava. Din id-difiża ħadmet ftit għal dan l-iżbroff iżda ma kinitx biżżejjed tant li l-lava waslet sa Grindavik. Dan wara li l-ħajt ta’ difiża ġralu xi ħsara, bil-lava tiżgiċċa minn xi postijiet.

Mal-4,000 persuna jgħixu f’Grindavik.