Sport Sport Ieħor

Volleyball: Rebħiet għal Paola Executive Security, Swieqi Phoenix NIUM u Falcons fl-ewwel logħob tat-Tazza Nazzjonali

Fi tmiem din il-ġimgħa fil-kumpless sportiv tal-Kottonera ngħata fost l-oħrajn il-bidu tat-Tazza Nazzjonali bi tliet logħbiet.

Paola Executive Security, iċ-champions Swieqi Phoenix Nium u Falcons ħarġu rebbieħa bl-iskor identiku ta’ tliet sets għal xejn.

Is-Sibt kien  it-team ta’ Paola li fl-ewwel logħba mill-kompetizzjoni, faċilment għeleb l-isfida tat-team mill-Ewwel Diviżjoni Depiro, filwaqt li l-Ħadd Swieqi wkoll xejnu l-isfida ta’ Flyers.

Fl-aħħar logħba ta’ tmiem il-ġimgħa, Falcons rebħu lit-team mill-Ewwel Diviżjoni Mġarr.

Fi tmiem il-ġimgħa kien hemm ukoll it-tkomplija tal-kampjonati taħt id-19 -il sena u taħt il-15 -il sena.

Ir-riżultati kollha kienu:

Tazza Nazzjonali: 

Depiro vs Paola Executive Security  0-3

Flyers vs Swieqi Phoenix NIUM  0-3

Mgarr vs Falcons 0-3

U19 

Paola Maypole vs BKVC Vixens  1-3

BKVC Sirens  vs Swieqi Tough Cookies  0-3

U15:               

Depiro vs Flyers 3-0

Paola Maypole vs BKVC Dynamites 2-3

Swieqi Phoenix Young Stars vs BKVC Blazers 3-0

Swieqi Phoenix Volley Maniacs vs Swieqi Phoenix Ninjas  0-3