Lokali

Wara xhur ta’ tkaxkir tas-saqajn jitressqu proposti lill-UĦM

Wara li l-KSU kienet se ssejjaħ rally u wara l-konferenza tal-aħbarijiet mill-PN…il-Gvern kellu jcedi għall-pressjoni. U fil-fatt, ftit tal-minuti ilu, wassal kontro-proposti lill-UĦM.

Kien waqt il-programm NETLIVE, illi l-President tal-KSU ħabbar li l-UĦM Voice of the Workers issosspendiet id-direttivi tagħha wara li l-Gvern ressaq dawn il-proposti – proposti li waslu wara xhur sħaħ ta’ tkaxkir tas-saqajn.

Il-ħaddiema tal-Università issa se jkunu qegħdin ikomplu bil-ħidma normali tagħhom. U jidher li l-eżamijiet tal-istudenti Universitarji, li se jibdew sitt ijiem oħra… se jkunu qed isiru kif pjanati.

Il-ftehim formali bejn il-Gvern u l-UĦM possibbilment li jkun finalizzat wara laqgha formali li se ssir it-Tlieta.