Żewġ nisa irrakkontaw fil-Qorti l-esperjenza orribbli tagħhom ta’ abbuż kontinwu meta kienu għadhom tfal li allegatament kien qed isir f’Lourdes Home f’Għajnsielem, Għawdex, abbuż li kien ilu sejjer sa mis-snin sebgħin.
In-nisa qalu li kienu jiġu msawwta għal xejn b’xejn minn soru partikolari. Din kienet tesponihom għall-affarijiet degradananti fejn minbarra swat, waħda mix-xhieda qalet li Sr Josephine Anne Sultana kienet saħanistra ġġiegħla tiekol ir-remettar tagħha stess. Esperjenza kerha kienet li Suofr Josephine kienet qabdet tifla u daħlitilha idha fir-romblu tal-għassier tal-ħwejjeġ u spiċċat l-isptar.
Il-mara qalet li dawn l-ħniżrijiet kienu jsiru meta hi kienet għadha tifla ta’ bejn sitta u 16-il sena. Qalet li soru kienet ukoll tesponija ma qassis li kienu imur fl-istitut għall-qrar u jesponi l-parti privata tiegħu quddiema bis-soru tgħidilha li peress li dak iż-żmien ma kellhiex ‘boyfriend’ għandha tkun taf kif għandu jkollha l-feelings ma’ l-irġiel.
Dan ħareġ meta f’kawża kostituzzjonali kontra l-Istat, ippreseduta quddiem l-Imħallef Mark Simiana, l-allegat vittmi ta’ abbuż f’Lourdes Home fejn minkejja li ilhom jippruvaw jagħmlu minn kollox biex issir ġustizzja, qatt ma sar xejn biuex għalhekk żewġ nisa adottati f’dan l-istitut li għaddew minn martirju sħiħ fetħu kawża l-Qorti,.
Huma rrakkuntaw episodji xokkanti mill-ħajja tagħhom waqt li kienu jgħixu f’dan l-istitut. Waħda mill-allegati vittmi xehdet kif kienet għadha tarbija meta spiċċat tgħix Lourdes Home u spjegat li kienet il-Madre Superjura Rosanne Saliba li tatha isimha.
Rosanne Formosa U Carmen Muscat irrakkontaw fuq l-abbuż fil-konfront tagħhom, b’ta’ l-ewwel tgħid li dan beda meta għalqet sitt snin. Minn ġenna għal infern. Kif kienet il-prassi s-sorijiet inbidlu, u marret hemm Suor Josephine Anne Sultana. Kienet soru kattiva hafna, f’kelma waħda monstru.
Qalu li ta’ kuljum kienu jqumu ta’ bilfors fil-5.30am u qabel ma jinżlu għall-quddies, din is-soru kienet tqabbadha tnaddaf il-kamra tal-banju. Wara l-quddies kienu jmorru l-iskola fejn hemmhekk ma kellhomx min xhiex igergru.
Wara li jaslu l-istitur mill-iskola, Sultana kienet tkun wara l-bieb lesta bl-injama f’idejha u jekk ikollok l-uniformi maħmuġa, lesti ruhek biex taqla’ d-daqqiet. Minbarra d-daqqiet kienet iġiegħla taħsel il-kuritur kollu u jekk tħalli qatra ilma mhux ixxuttata, titfla’ barmil ilma biex terġa’ tibda taħsel mill-bidu. Minkejja t-talbiet bil-ħnien biex ma tweġġahiex, kienet taqbadha minn xahra jew widenjha u tniżżilha 22 tarġa, u dan mingħajr ma kienet tagħmel xejn ħażin.
Qalu li b’kollox kienu 50 it-tfal u kien hemm 2 sorijiet ma’ kull grupp. Kien hemm ukoll sezzjoni fejn kien ikun hemm it-trabi li kienu jieħdu ħsieb huma wkoll. Is-sorijiet kienu wkoll jaqilgħu l-flus minn fuq it-tfal fejn kienu wkoll jagħmlu “outwork” bħal tikketti tal-ħwejjeġ u l-flus kienu jibqgħu għand is-sorijiet.
Kellhom timetable stretta, li kienet tinkludi kull tip ta’ tindif, fejn darba kienet ordnata wkoll taħsel il-kalzetti ta’ 14 il-tifel u tifla bl-ilma ffriżat. Darba Formosa qalgħet xebgħa kbira, li wasslet għal black eye. Meta s-soru saret taf li kienet irrakkuntajt dan l-episodju ma’ persuna, malli marret lura l-istitut, lestitilha żewġ imwejjed, l-agħar saqqu u sakkritha f’din il-kamra ghal tliet ijiem. Tiftakar li kull ma kellha kien biss 10 snin.
Formosa sostniet li l-ewwel memorja tagħha kien ta’ sitt snin u wriet ritratt tagħha meta kienet tfal sabiex turi l-istat ta’ saħħa tagħha. Fir-ritratt kellha madwar erba’ snin. Fl-istitut magħha kellha lil ħutha, imma ma kellix idea li kienu ħuti għax kellhom kunjom differenti.
Qalet li hu ma kienitx mill-ewwel ma’ Sister Josephine, u darba fost oħrajn mis-sezzjoni ta’ Sister Dorothy, spiċċat fis-sezzjoni ta’ Sister Josephine. Minn dakinhar kienet tqum kuljum fil-5.30 am, u bdiet tagħmel il-faċendi ta’ kull tip, bit-tfal jinżlu għall-quddies, jitilgħu jieħdu kolazzjon u wara jibqgħu sejrin bil-mixi l-iskola.
Xokkanti kienet li jekk xi ħadd kien jagħmel taħtu l-iskola, l-għada Suro Josephine kienet tibagħtu l-iskola bil-qalziet ta’ taħt imdendel ma’ daharu biex tiġi rredikolata. L-abbuż hija qalet ma kienx isir biss fuq il-bniet u anke fuq is-subien. Dawk li jagħmlu taħthom kienet tibgħathom l-għada l-iskola bid-dublett biex kulħadd joqgħod jidħaq bihom.
Wieħed mis-subien li kien fl-istitut kien ta’ karnaġġon skur u kien jgħid li mn’alla kellu ġilda skura. Ix-xhud qalet ukoll li meta kienu jagħmlu l-homework ħażin, kienet tibqa’ tagħtihom f’rashom sakemm tara d-demm ħiereġ.
“Ifga f’demmek għax lilek ħadd ma jridek”
Xokkanti wkoll li jekk iċċappas il-pitazz kienet tagħtihom pitazz ġdid u ġġegħelhom jikkuppjaw kollox biex l-għalliema ma tindunax permezz tat-traċċi tad-demm li qed jiġu msawwta. “Kont nirremetti ħafna. L-istess platt ġegħlitni nieklu ħames darbiet inkluż dak li nkun għadni kemm neħħejt. Meta kienet issawwatna, min jaf kemm qaltli “ifga f’demmek għax lilek ħadd ma jridek u minn hawn ħadd m’hu ser jisimak. Kienet issawwat biċ-ċintorin minn naġħa tal-bokkla li ġeili daħlitli f’ wiċċi u fl-istonku”, qalet ix-xhud.
Saħqet li kien ikollha tiskuża ruħha biex forsi tieqaf issawwatha u ikkonfemrat li ġieli kaxkritha 22 tarġa u r-raġuni għala għadha ma tafhiex sal-lum. Dan l-abbuż ix-xhud bagħet għaddejja bih għal xi 14-il sena. Meta kellha xi 16-il sena Formosa qalet li ma kellhiex boyfriend.
Hawn Suor Josephine ġabitilhaqassis biex tħoss il-ġibda u l-attrazzjoni għall-irġiel. Kienet tniżżel lilha u tfal oħra bniet flimkien mal-qassis fis-sala tal-isqof, sala li tagħmel parti mil-Lourdes Home. Dan il-qassis, illum mejjet kien iġegħlha tmiss gismiha biex titqanqal u jkolli ‘feeling’s għall-qassis bil-għan li jkolli esperjenza għal mal-irġiel. Dan ġara erba’ darbiet.
Xehdet ukoll li l-istess qassis, waqt il-qrar, kien joħroġ il-parti tiegħu u minkejja li kienet taf li mhux f’posthom l-affarijiet, ma kienitx naf jekk hiex azzjoni ħażina u li ma kellux jagħmilha. Dan għaliex fl-istitut qatt ma tgħallmu x’inhu tajjeb jew ħażin. Jekk tagħmel xi ħaġa tajba jew ħażina, dejjem tispiċċa taqlagħha.
Il-mara kompliet li parti mix-xogħol tagħha fl-istitut kien li jaħslu l-istitut, iqaxxru l-ikel għat-tisjir u jieħdu ħsieb lit-tfal żgħar. Parti mix-xogħol tagħhom kien li quddiem it-toilet jiftħu kapsoli tal-pilloli u jbattlu l-kontenut tagħhom fit-toilet.
Ix-xhud qalet li qatt ma kienet marret għand il-ġenituri tagħha u qatt ma tħalliet tarahom waqt li kien hemm tfal li kienu jintbagħtu għand l-familjari imma lilha qatt ma ħallewha. Meta għadda ż-żmien u ħarġet mill-istitut, bdiet tiċċekkja fuq is-sitwzzjoni.
Bdiet tikteb flimkien ma’ sħaba li kienu magħha l-istitut, ittri lill-Isqof Emeritu Nikol Cauchi u anke marret titkellem fuq il-programmi tat-televiżjoni. Fl-2006 infetħet inkjesta mill-Kurja, fl-2008 l-Isqof Emeritu Mario Grech kien talab maħfra u fl-2011 saret naf mill-gazzetti li tressqet Sister Josephine quddiem il-qorti fuq xi abbużi, però qatt ma sar xejn iktar minn hekk.
Qalet li minn investigazzjoni li għamlet gazzetta parikolari rriżulta li f’Lourdes Home kienu saru madwar 85 abbuż waqt li semmiet kif fl-2020 tkellmet mal-isqof il-ġdid fejn saret taf li l-fajls u d-dokumenti kollha kienu nqerdu.
Hija rrakkuntat li oħtha ġiet addottata mil-Lourdes Home u darba kellha x-xewqa li ssir taf minn hu missierha. Ix-xhud kompliet li ghadda ż-żmien u darba fil-programm “Bondi+” il-preżentatur qajjem il-każ u mill-programm saret taf li l-każ, li kien f’idejn l-Isqof Nikol Cauchi, kien ingħalaq u l-allegazzjonijiet ġew meqjusa infondati. Kompliet tgħid li wara sentejn, l-Isqof Emeritu Mario Grech ħareġ stqarrija li fiha talba għall-maħfra mill-Knisja waqt li hija ġiet offruta wkoll diversi servizzi ta’ għajnuna.
Minn naħa tagħha x-xhud Rosanne Formosa wkoll xehdet dwar dak li kien għamlilha l-qassis li ħareġ il-parti privata tiegħu. “Ksaħt, beda jidħak u jgħidli li dan m’hu xejn. Aktar tard ġegħelni mmiss l-parti tiegħu, u ma kinitx baqgħet tmur tqerr iżjed.
Qalet li ta’ tifla kwieta kienet iżżomm lura ħafna waqt li s-soru kienet kontinwament issawwatha u tgħajjarha. Kienet tagħmel ħafna f’qalbha, u waslet fi stat li kienet titlob lil Ġesù biex itemmilha ħajjitha. Sostniet li darba s-sister kattiva nnutat li ma kinitc qed tiekol, u kellmet lis-Superjura Madre Karmeli Borg.
Ħaduha għand tabib tal-familja, li qal lill-Madre li m’kellha xejn u li qed isoffri minn xi inkwiet. Qalet li beżgħet meta semgħetu jgħid hekk għax ħasbet li se jkollha xi tgħid minn xhiex kienet għaddejja. Ix-xhud irrakkontat kif soru oħra kienet tagħtihom il-kura meta jkunu morda bid-deni imma tabib fl-istitut qatt ma resaq.
“Id-daqqiet li qlajna kienu daqqiet kbar, daqqiet ġo rasna għax neħlu fil-homework, u minflok tuża l-ħlewwa u tispjegalna kif, kienet tfajjar bl-addoċċ, x’ħin tkun mitlufa fid-dagħdigħa tas-swat, kienet issir ħamra nirien, tiġbidna minn xagħarna u tagħtina kemm tiġiha saħħa,” qalet ix-xhud.
Sostniet li waħda mill-abbużi gravi li baqgħet tiftakar kien meta kellha bżonn il-karta r-roża biex iġġib xi mediċina mill-isptar. Meta marret b’din il-karta, l-infermier staqsiha għax qed inġib dawn il-mediċini kollha, u qaltlu li l-karta r-roża ma nżommhiex hi u li normalment ma tiġborx mediċina. Xi ħadd bla dubju kien bagħbas f’dan id-dokument,
Tgħajjarha għax kienet tilbes in-nuċċali
“Kienet tgħajjarni minħabba in-nuċċali tal-viżta. Darba fost l-oħrajn kont qed naħsel il-kurituri tal-istitut, jinfetaħ il-bieb u toħroġ Suro Dorothy Mizzi, u staqsietni għaliex ommi bijoloġika kienet ilha ma ċċempilli. Weġibt li ma nafx kemm għax mhux aħna t-tfal konna nirrispondu t-telephone. Marret tistaqsi lill-Madre u x’ħin ġiet lura qaltli “ommok ilha mejta sentejn.
Il-mara qalet ukoll li fit-13 ta’ Frar 2002 tkellmet ma’ Fr Emanuel Cordina, li dak iż-żmien kien id-Direttur ta’ Oasi, flimkien mal-Avukat Michael Grech, b’korrispondenza mal-Ombudsman u allegat li l-awtoritajiet tal-isptar t’Għawdex naqsu milli juruha l-fajl mediku tagħha.
Qalet li s-supretendent tal-isptar ipprova jfittex rekords tat-twelid imma ma sab xejn. Fl-2006 iddeċidiet li tfittex fuqha, u rnexxielha ssib lil ħuta mill-istess omm li kienet iċċemplilha. Saret taf li ħuti ma kinux jafu biha, tnejn minn ħuta kien għamlu DNA test sabiex jikkonfermaw li huma aħwa, fejn irriżulta li bejniethom huma aħwa imma magħha le.
Qalet li xtaqet issir taf aktar fuq il-familja tagħha imma s-sorijiet qatt ma riedu jagħtuha informazzjoni. Meta waslet biex tiżżewweġ fl-1998, il-Madre ta’ dak iż-żmien, Dorothy Mizzi, bagħtet għar-raġel tiegħh u staqsietu jekk jien għadhiex bil-ħsieb li tfittex min huma ħuti. Żewġha wieġeb le u Sister Dorothy fil-pront qaltlu “aħjar, u tħallihiex tfittex għax taqla’ ħafna inkwiet.
Dwar il-każ tkellmet mal-Kurja, inkluż mal-Isqof Mario Grech, ma’ Monsinjur Victor Grech u mal-bord u mal-bord tas-Safeguarding Commission, fejn spjegat li kif semgħu dwar il-każ irreferewhom mal-Vice Squad. Wara tkellmu mal-Ispettur Kylie Borg mill-Vice Squad u wara li semgħet l-istorja tagħha qaltilha li l-każ huwa preskritt.
Qalet li ma setgħetx toqgħod bi kwieta u esebiet korrispondenza mas-Segretarju tal-Papa. Iż-żewġ nisa ppreżentaw lill-Qorti għadd ta’ dokumenti relatati mal-każ. Sadanittant Rosanne Formosa qalet li f’għeluq il-50 sena mill-istitur kien ittella’ musical fuq Lourdes Home. Hu ħadet sehem fejn qalet; “irrakontajna kif min waqqaf l-istitut kien għamel dan fuq il-premessa li ma jkun hemm l-ebda ħsieb ta’ qliegħ ta’ flus.
Imma fl-2016 il-Gvern ħarġilhomn biċċa art oħra biex tiġi żviluppata, f’post fejn hu kbir daqs 10 grounds tal-football. Qalet li Għawdex għandu bżonn illum post fejn jieħiu ħsieb dawk li għaddejjin minn vjolenza domstika. Qalet li llum mhemmx fejn imorru t-tfal, fejn jistghħu jkuni trankwilli. Il-każ ikompli fl-1 ta’ Marzu li ġej fin-12.15pm.
Ħarsa fuq il-każ
Ir-rapport inkwistjoni jidentifika żewġ sorijiet, Sr Dorothy Mizzi u Sr Josephine Anne Sultana, bħala awturi tal-abbuż. Madankollu fuq l-ewwel soru din kienet biss qed tiġi mplikata li kienet taf dwar x’qed jiġri u ma tkellmitx.
Il-Kurja ta’ Għawdex irrifjutat li tippubblika r-rapport, għalkemm minn dak iż-żmien, għal xi perjodu Mons Grech ikkomunika mal-Madre Ġenerali, u ttieħdu passi biex tingħalaq id-dar u jerġgħu jitpoġġew it-tfal f’post ieħor.
Allegazzjonijiet ta’ abbuż fiżiku fuq tfal fid-Dar ta’ Lourdes f’Għajnsielem keinu ħarġu għall-ewwel darba fl-1999, iżda kien xi tliet snin wara li l-midja qabdet rapporti li saru minn vittmi individwali. L-investigazzjonijiet inizjali kienu inkonklussivi, iżda ftit wara li ħa l-kariga fl-2006, Mons Grech ikkummissjona t-tieni inkjesta, li damet sentejn biex titlesta.
Ir-rapport li rriżulta nħareġ ġimgħatejn ilu, u kkonferma l-allegazzjonijiet ta’ abbuż. Mons Grech immedjatament għamel is-sejbiet pubbliċi, skuża ruħu għall-iskandlu u talab maħfra mill-vittmi. Il-kummissjoni tal-Knisja sabet evidenza ta’ abbuż fiżiku u psikoloġiku, inkluż swat b’ċinturini u tfal imġiegħla jieklu rimettar bħala kastig, li seħħew matul is-snin sebgħin u tmenin u possibilment wara.
Minn dakinhar ħarġet aktar evidenza f’sezzjonijiet oħra tal-midja, li tissuġġerixxi li l-abbuż seta’ baqa’ għaddej sa ftit tas-snin ilu biss. L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Ħaddiema Soċjali (MASW) ilbieraħ iddeplorat “kull każ apparenti ta’ abbuż fid-Dar ta’ Lourdes”, filwaqt li rrikonoxxiet li d-dar kienet tat kura u protezzjoni għal numru ta’ tfal matul is-snin. ż
MASW kien qal li l-istat għandu jirrikonoxxi fost oħrajn li “inċidenti ta ‘abbuż fil-kura barra mid-dar huma aktar probabbli meta l-persunal ikun qed jopera mingħajr sorveljanza.” L-organizzazzjoni qalet li inċidenti bħal dawn jagħmlu l-ħtieġa li tiġi regolata l-provvista ta’ servizzi għat-tfal fil-kura barra mid-dar aktar u aktar importanti.
//= $special ?>

