Wara l-attakk tal-Prim Ministru Robert Abela fuq Roberta Metsola waqt il-programm fuq TVM, l-MEP Laburista Alex Agius Saliba inqabad jigdeb fuq il-President tal-Parlament Ewropew.
F’post fuq facebook, Agius Saliba ħassu urtat għaliex Roberta Metsola esponiet l-Għebusija tar-ras tal-Gvern Malti fil-konfront tal-istudenti, l-għalliema u l-ħaddiema tal-Università u l-MCAST, u spiċċa jattakka lill-media indipendenti li rrapurtat dak li qalet il-President Metsola.
Dan kollu juri kemm Agius Saliba irid jagħmel sarima ma ħalq Roberta Metsola biex ma titkellimx dwar dak li qed iseħħ f’Malta… fejn f’video li ttella’ fuq facebook hu attakka ukoll lill-Uffiċju tal-Parlament Ewropew f’Malta.
Fl-artiklu ta’ Lovin Malta li urta lil Agius Saliba, Roberta Metsola appellat lill-Gvern ta’ Robert Abela biex jieqaf iwebbes rasu u jaħli l-ħin tal-ħaddiema u tal-istudenti tal-Universita u l-MCAST. Lovin Malta inkludew dan l-artiklu kien parti mill-kampanja Ewropej, artiklu li l-Parlament Ewropew m’għandu ebda dritt editorjali fuqha. Anzi, il-Parlament Ewropew jagħti il-libertà lill-ġurnalisti jirrapurtaw u jinvestigaw dak kollu li jagħmlu l-MEPs.
Din il-gidba ta’ Alex Agius Saliba tkompli mal-kampanja qarrieqa li beda Robert Abela maħsuba biex tattakka lill-President tal-Parlament Ewropew u l-MEP Nazzjonalista Roberta Metsola qabel l-elezzjoni ta’ Ġunju li ġej.
//= $special ?>