Wara li t-Tlieta filgħodu AS Roma ħabbru li kienu temmew ir-relazzjoni tagħhom mal-eks kowċ Josè Mourinho, ftit siegħat wara l-klabb ħabbar li appunta lil wieħed mill-leġġendi tagħhom, Daniele De Rossi biex jieħu f’idu t-tmexxija tat-tim.
De Rossi lagħab mal-459 logħba mal-Giallorossi u skorja 43 gowl biex kien biss fl-aħħar tal-karriera tiegħu li biddel il-klabb għal esperjenza qasira fl-Arġentina ma’ Boca Juniors fejn hemm lagħab biss 5 logħbiet.
Wara li waqaf mill-futbol milgħub, De Rossi inħatar assistent ta’ Roberto Mancini mat-Tim Nazzjonali Taljan fejn magħhom rebaħ l-EURO 2020 bl-għoti tal-penalties kontra l-Ingilterra.
Fil-11 t’Ottubru tal-2021 huwa sar kowċ ta’ SPAL fis-Serie B iżda tkeċċa fi Frar ta’ wara hekk kif it-tim kien fit-18-il post.