ARKIVJI Lokali

Gvern Nazzjonalista għażel li jsalva l-impjiegi fil-kriżi internazzjonali taż-żejt


L-ex Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech


L-ex Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech sostna li Gvern Nazzjonalista għażel li jsalva l-impjiegi fil-kriżi internazzjonali taż-żejt.


L-ex Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech llum kien ix-xhud fil-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC) li qed jinvestiga l-kuntratti tal-Gvern Laburista dwar il-power station tal-Electrogas.


Il-Kumitat kien presedut mid-Deputat Nazzjonalista Darren Carabott u għall-Oppożizzjoni pparteċipaw id-deputati Robert Cutajar, Graham Bencini u David Agius. Il-gvern kien rappreżentat mill-Whip Laburista Andy Ellul, il-Ministru Clayton Bartolo, is-Segretarju Internazzjonali Glenn Bedingfield u d-Deputat Laburista Alex Muscat.


L-ex Ministru Tonio Fenech qal li hu kien Ministru tal-Finanzi u kien responasbbli mill-Enemalta min-nofs il-leġiżlatura bejn l-2008 u l-2013. Hu spjega li ma kellu xejn x’jaqsam mal-proġett tal-Eletrcgsa iżda kien lest iwieġeb kull mistoqsija.


Tonio Fenech qal li l-Enemalta dejjem kellha sfidi għaliex mhux biss riedet tipprovdi l-enerġija iżda li dan tipproduċih bi prezz kompetittiv li ma jfixkilx lill-kompetittività tal-pajjiż Għalhekk l-Enemalta qatt ma kienet tiċċarġja dak kollu lill-konsumaturi jew lill-industrija; dan kien iwassal għal self li jttrasferixxi f’dejn. L-uniku żewġ rendikonti finanzjarji kienu dawk tal-2011 u l-2012, li mhumiex fid-dominju pubbliku.


F’25 sena ta’ Enemalta, id-dejn tela’ għal madwar €700 miljun li jnkorpora l-iżvilupp fl-infrastruttura fil-power station tal-BWSC, fl-interconneter (€200) u t-telf li għamlet il-korporazzjoni. Qabel il-PN niżlet mill-Gvern kien saret liġi dwar ir-ristruturar finanzjaru tal-Enemalta biex il-piż finanzjarju ma jkunx qed ixekkel lill-Enemalta f’sena partikolari. Dan il-pjan ma kienx esegwit għaliex il-Gvern Laburista biegħ madwar 30% tal-Enemalta lix-Shangai Electric.


Tonio Fenech qal li hu ma kienx responsabbli għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-Enemalta u hu kien ħa rendikont tas-sitwazzjoni fejn l-Enemalta kellha dejn li ma kienx baxx. Għalhekk ebda pjan ta’ ristrutturar finanzjarju biex il-Korporazzjoni tkun tista; tiffinanzja d-dejn.


L-ex Ministru Fenech qal li kienu tqabbdu numru ta’ konsulenti finanzjarji biex jgħinu f’dan il-pjan li kien approvat mill-parlament b’unanimità. Il-Bord tal-Enemalta kien jinħatar mill-ministru, kif kien isir f’kull entità u kien jingħażel skont il-kompetenza tal-persuni magħżula.


Tonio Fenech kompla li d-dejn tal-Enemalta sar tul 25 sena, minn gvernijiet differenti. Hu sostna li fil-power station tal-BWSC kien hemm team involuti fil-proċess u kompla li l-Enemalta kellha diversi sfidi x’tindirizza. L-ex Ministru Fenech qal li ma kienx inkwetat bid-dejn tal-Enemalta għaliex l-oġġetti tal-gvern fuq id-deficit u d-dejn tal-pajjiż kienu qed jintlaħqu. Hu fakkar fil-kriżi internazzjonali taż-żejt u s-sussidju li kien jagħti l-gvern fuq l-enerġija.


L-ex Ministru tal-Finanzi xehed li mill-2008/9 sal-2012, is-sitwazzjoni finanzjarji kienet diffiċli minħabba l-kriżi taż-żejt fejn il-prezzijiet taż-żejt splodew. Hu qal li l-prezzijiet taż-żejt qatt ma waslu sa dawk il-livelli ogħlja li kienu fl-2009.


Tonio Fenech kompla li l-gvern ma setax jerfa’ kollox hu fejn il-prezzijiet kienu telgħ $146 kull barmil għalkemm l-Eemlata kienet strat l-ogġla $126 l-barmil. Il-medja kien ta’ $60 kull barmil. Hu qal li kien hemm pajjiżi li qed jikkollassaw ekonomikament fosthom Sanja, Ċipru, l-Irlanda u l-Greċja wara li flalew il-banek; Malta qatt ma daħlet f’dik is-sitwazzjoni għaliex il-pajjiż kellu struttura finanzjarja u ekonomika differenti minn dik l hemm illum.


Id-dejn tal-pajjiż hu mal-poplu Malti u dan sar b’għażla, sostna Tonio Fenech, li kompla li Malta qatt ma esponiet ruħha għaċ-ċaqlieq finanzjarju ta’ dak iż-żmien. Għalhekk qatt ma sar dejn ma’ istituzzjonijiet barranin. Fil-kriżi finanzjarja din is-sitwazzjoni għenet ħafna għaliex id-dejn Malti ma kienx espost kif kien espost dak ta’ Ċipru. Ma’ dan kien hemm ukoll il-kriżi tal-Libja.


Mistoqsi dwar il-kontijiet, Tonio Fenech qal li din kienet deċiżjoni tal-kabinett kollu minħabba s-sitwazzjoni li kien fiha l-pajjiż. Is-sitwazzjoni kienet waħda li fiha numru ta’ fabbriki kienu qed jikkunsidraw li jitilqu fosthom l-ST.


Dak iż-żmien l-UE ma kinitx irrilaxxat ir-regoli tagħha u għalhekk id-deċiżjoni kienet li jkunu salvati l-fabbriki. Kieku dawn għalqu, l-weġgħa kienet tkun ferm ikbar. Malta kienet l-uniku pajjiż b’riċessjoni ta’ sitt xhur u li mill-bidu tal-kriżi sat-tmien, tliet snin, l-impjiegi f’Malta żdiedu u mhux naqsu; dan għaliex il-gvern ta għajnuna finanzjarja lill-fabbriki.


Tonio Fenech qal li l-ebda ministru ma jieħu gost li jkollu jdaħħal piżijiet iżda llum ir-regoli tal-UE huma differenti minn dak iż-żmien. Minkejja d-diffikultajiet, Gvern Nazzjonalista ma kienx għadda l-piż kollu fuq il-konsumatur, sostna Tonio Fenech, li kompla li Gvern Nazzjonalista ma kellux għażla oħra biex jipproteġi l-postijiet tax-xogħol.


Hu semma’ l-investiment ta’ Gvern Nazzjonalista fl-interconnector u kif Gvern Nazzjonalista kellu pjan għat-tieni interconnector iżda Gvern Laburista fl-2013 kien bidel id-deċiżjoni.


Mistoqsi dwar ir-relazzjoni mal-ex CEO tal-Enemalta David Spiteri Gingell, l-ex Ministru Fenech qal li Spiteri Gingell kien CEO appuntat mill-Ministru Austin Gatt fil-kuntest ta’ ristrutturar maniġerjali tagħha. Hu qal li d-deċiżjoni tal-Prim Ministru kienet li fir-reklutaġġ tkun tal-Ministeru tal-Finanzi biex jonqsu l-ħaddiema mal-gvern.


L-ex Ministru Fenech wieġeb li fl-2009 Spiteri Gingell ried 25 manager ġdid b’nefqa ta’ €5.5 miljun fi struttura ġdida. Il-unions kienu jikkritikaw li iktar kien hemm kapijiet milli Indjani, sostna l-ex Ministru Fenech, li kompla li Spiteri Gingell ma kinitx għoġbitu r-risposta tal-Ministeru tal-Finanzi.


Spiteri Gingell kien qal li kien se jirriżenja jekk il-proposta tiegħu ma tkunx aċċettata. Il-Ministru Austin Gatt kien aċċetta r-riżenja ta’ Spiteri Gingell. Wara Spiteri Gingell kien hemm żewġ CEOs fejn kienu pproponew li jkun hemm tnaqqis ta’ managers; l-esperjenza wriet li ma kienx hemm bżonn 25 manager ġdid.


Tonio Fenech qal li l-Gvern Nazzjonalista kien qed jieħu l-aħjar deċiżjonijiet fl-interess tal-Enemalta fiċ-ċirkostanzi ta’ dak iż-żmien u sostna li Gvern Nazzjonalista kellu għażla x’jagħmel biex isalva l-impjiegi.
L-ex Ministru tal-Finanzi kompla li l-aspett soċjo-ekonomiku kien dejjem ikkunsidrat minn Gvern Nazzjonalista. Hu xehed li l-prezzijiet tal-enerġija raħsu fl-2012/13 u qal li dak iż-żmien daħal l-interconnector, li kien għamel Gvern Nazzjonalista.


Wara siegħa mistoqsijiet, Darren Carabott ġibed l-attenzjoni tad-deputati Laburisti li ma kienu għadhom għamlu ebda mistoqsija dwar l-Electrogas.


Meta komplew jistaqsu, Tonio Fenech tkellem dwar il-power station tal-BWSC u spjega li l-impjant kien kompatibbli għall-gas iżda l-Enemalta ma kellhiex l-infrastruttura għal dan tant li anki llum il-gass jinħażen fit-tanker. Għalhekk kien baqa’ jintuża l-heavy fuel oil, sostna Tonio Fenech, li kompla li f’Malta kien jintuża l-inqas żejt li jniġġeż u fost l-aktar ogħlja fil-prezz.


Hu qal li għandu r-riservi tiegħu dwar it-tanker tal-gass fil-Bajja ta’ Marsaxlokk minħabba l-perikli li jispeċifikaw l-esperti.


L-ex Ministru Tonio Fenech qal li Gvern Nazzjonalista kellu pjani għal pipeline tal-gass u żied li hu ma kienx imur għal tanker tal-gass. L-intenzjoni tal-Gvern Nazzjonalista kienet li jmur għal pipeline tal-gass biex ikunu evitati l-periklu fil-port, sostna l-ex Ministru tal-Finanzi, li kompla li d-deficit tal-2010 kien terz ta’ dak li hu llum.


Il-kumitat aġġorna għat-30 ta’ Jannar 2024 fis-2 pm meta se jkompli jixhed Tonio Fenech.