Antonio Micallef Trigona, magħruf fost sħabu u l-kollegi tiegħu bħala ‘It-Tiger’ miet fl-eta ta’ 71 sena, huwa serva bħala maġistrat għal bosta snin u fost l-oħrajn kien ippreseda l-kumpilazzjoni ta’ evidenza kontra l-Prim Imħallef Noel Arrigo u l-Imħallef Patrick Vella li kienu nstabu ħatja ta’ tixħim.
Micallef Trigona kien ukoll ippreseda l-libel li kien fetaħ il-kollega tiegħu Consuelo Scerri Herrera, li dak iż-żmien kien maġistrat, kontra l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Micallef Trigona kien irtira fl-2017.
Il-funeral tiegħu ser issir nhar il-Ġimgħa fil-Knisja parrakkjali ta’ Ħ’ Attard.
//= $special ?>