Paula Mifsud Bonnici, PN
L-Assistent Whip tal-Oppożizzjoni u Shadow Minister għall-Anzjanità Attiva Paula Mifsud Bonnici qalet rapport tal-Awditur Ġenerali stabilixxa li l-akbar irregolaritajiet fil-proċeduri finanzjarji saru taħt entitajiet tal-Ministeru għall-Anzjanità Attiva.
Meta kienet qed titkellem fl-Aġġornament tal-parlament, id-deputat Nazzjonalista qalet li l-gvern hu dgħajjef u mhux kapaċi jieqaf il-ħażen u l-abbuż; dan propju għaliex hu l-gvern stess li qed iħaddem dawn il-prattiċi ħżiena. Il-Prim Ministru nnifsu hu dgħajjef għax mhux kapaċi jrażżan l-abbuż.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li tit-18 ta’ Diċembru 2023 l-Awditur Ġenerali ppreżenta r-rapport annwali dwar il-kontiijet pubbliċi tal-2022 li jinkudi 26 rapport ta’ verifika fuq entitajiet pubbliċi.
L-Awdiutur Ġenerali għamel 250 rakkomandazzjoni li jindirizzaw in-nuqqasijiet kollha identifikati; liema nuqqasijiet juru n-nuqqas ta’ governanza tajba fl-operat tal-gvern. Dan hu rapport li juri li l-gvern hu kompliċi fl-operat tal-entitajiet tiegħu li ssarfu f’miljuni ta’ ewros f’telf.
L-Awditur Ġenerali sab li b’mod sistematiku kienu injorati r-regoli tal-akkwisti, is-servizzi mogħtija ngħataw taħt kuntratti skaduti, il-gvern naqas li jiġbor flus dovuti lejh, kien hemm nuqqasjiet ta’ proċessi xierqa ta’ verifika u kontrolli fir-rwoli fil-gvern. Dan hu rapporti li juri kemm il-gvern qed jabbuża mit-taxxi tal-poplu Malti.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-Awditur Ġenerali qed jerġa’ jikkundanna lill-gvern li qed jabbuża mit-taxxi tal-poplu.
Hi qalet li l-Ministeru għall-Anzjaità Attiva għandu diversi nuqqasijiet u fil-fatt hu l-aktar ministeru li nstab li l-aktar li kiser ir-regoli finanzjarji skont ir-rapport tal-Awditur Ġenerali.
Hi semmiet il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Anzjanità Attiva Renzo Degabriele u qalet li jirriżulta li hi din l-aġenzija fost l-aktar li kiser ir-regoli.
Dawn in-nuqqasijiet instabu f’kull servizz li jagħti dan il-ministeru fosthom it-tindif, il-meal on meals u servizz mediċi. Il-Kap Eżekuttiv saħansitra rrifjuta li jipprovdi d-dokumenti lill-Awditur Ġenerali biex isiru l-verifiċi tiegħu.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li, wara dawn n-nuqqasijiet kollha, Degabriele ngħata rikonoxximent fiċ-ċerimonja tal-Ħaddiem tas-Sena.
Dan ir-rapport hu kundanna għall-Prim Ministru Robert Abela u għall-Ministru responsabbli mill-Aġenzija Anzjanità Attiva li s’issa għadhom siekta u ma ħadu ebda passi fil-konfront tal-Aġenzija li kisret dawn ir-regoli tant importanti.