Arabja Sawdija………..2
Oman………………………..1
Minn Grupp F, l-Arabja Sawdija mmexxija mill-kowċ Taljan Roberto Mancini bdew l-impenji tagħhom fit-Tazza tal-Asja b’rebħa ta’ 2-1 fuq l-Oman. Kienu l-Oman li fetħu l-iskor fl-ewwel taqsima, b’penalty ta’ Salaah Al Yahyaei. L-Arabja Sawdija wettqu rimonta fl-aħħar 12-il minuta tal-partita meta l-ewwel kien Abdulrahman Abdullah Ghareeb li ġab l-iskor indaqs biex mbagħad fil-ħin mogħti żejjed kien Ali Al-Boleahi li skorja dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa.
Tajlandja………………2
Kyrgyzstan……………0
F’partita oħra mill-istess grupp rebħa komda ta’ 2-0 għat-Tajlandja fuq il-Kyrgyzstan. Żewġ gowls f’kull taqsima ta’ Supachai Chaided kienu biżejjed biex aċċertaw minn rebħa komda ta’ 2-0
//= $special ?>